Mistoqsijiet parlamentari
PDF 53kWORD 11k
6 ta' Jannar 2020
O-000001/2020
Mistoqsija għal tweġiba orali
lill-Kummissjoni
Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura
Tanja Fajon, Ádám Kósa, Janusz Lewandowski, Dimitrios Papadimoulis, Stelios Kouloglou, Helmut Scholz, Romana Tomc, Ernest Urtasun, Martina Michels, Annie Schreijer-Pierik, Kateřina Konečná, Milan Zver, Monika Beňová, Viktor Uspaskich, Clare Daly, Loucas Fourlas, Ljudmila Novak, Miroslav Číž, Marie Toussaint, Jackie Jones, Peter Pollák, Robert Hajšel, Tudor Ciuhodaru, Radan Kanev, Mircea-Gheorghe Hava, Petros Kokkalis, Stanislav Polčák, Michal Wiezik, Franc Bogovič, Vladimír Bilčík, José Ramón Bauzá Díaz, Dennis Radtke, Róża Thun und Hohenstein, Martin Hojsík, Traian Băsescu, Maria Walsh, Luke Ming Flanagan, Mick Wallace, Martina Anderson, Marc Botenga, Seán Kelly
 Suġġett: Kriżi tal-ilma fil-Bulgarija

Mijiet ta' miljuni ta' euro, inkluż ammont konsiderevoli minn fondi Ewropej, ġew investiti f'dawn l-aħħar snin fl-infrastruttura tal-ilma tal-Bulgarija. Fl-2019, kważi 130 000 ċittadin Bulgaru ma kellhom l-ebda aċċess għall-ilma tax-xorb matul il-vaganzi tal-Milied, b'sistema tal-ilma li dejjem qed isir aktar stretta u mingħajr ebda prospett ta' soluzzjoni għall-kriżi. Dawn qed jiffaċċjaw perikli immedjati għas-saħħa u theddid ekonomiku fit-tul.

 

Dan mhuwiex il-konsegwenza ta' diżastru naturali, iżda huwa r-riżultat tal-iskular tal-ilma tax-xorb għal ħtiġijiet industrijali f'waħda mill-akbar bliet fil-Bulgarija – Pernik. Dan l-iskular ilu għaddej għal xhur, minkejja l-livelli dejjem jonqsu tal-uniku sors tal-ilma tal-belt – id-diga Studena.

 

Madankollu, il-problema ta' Pernik mhijiex iżolata. Iċ-ċittadini tal-10 l-akbar belt fil-pajjiż – Shumen – ilhom jgħixu għal għexieren ta' snin mingħajr aċċess għall-ilma tax-xorb. F'termini prattiċi, l-istess jgħodd għal Varna, it-tielet l-ikbar belt u ċ-ċentru tal-industrija turistika. Sfortunatament, l-elenkar tal-bliet u l-villaġġi mingħajr aċċess għall-ilma tax-xorb se jieħu wisq paġni.

 

L-aċċess għall-ilma tax-xorb huwa dritt li jgawdu ċ-ċittadini tal-UE. Dan huwa s-suġġett ta' Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej u huwa espliċitament rikonoxxut permezz tar-Riżoluzzjoni 64/292 tat-28 ta' Lulju 2010 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU. Il-ksur ta' dan id-dritt u l-infiq tal-fondi Ewropej b'mod ineffettiv mhumiex problemi esklużivi għal Pernik jew għall-Bulgarija. Din hija problema Ewropea.

F'dan ir-rigward nixtiequ nissottomettu dawn il-mistoqsijiet:

 

Il-Kummissjoni hija lesta li twettaq rieżami sħiħ tar-raġunijiet għall-kriżi tal-ilma?

Il-Kummissjoni lesta tipprovdi assistenza lill-istituzzjonijiet Bulgari rilevanti sabiex tiggarantixxi liċ-ċittadini Bulgari d-dritt ta' aċċess għall-ilma tax-xorb?

Il-Kummissjoni tista' tiggarantixxi li fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss dawk il-proġetti tal-ilma, li għadhom fl-istadji tal-ippjanar u tat-tfassil, jiġu mmonitorjati b'mod strett biex jiġi żgurat li jinkisbu riżultati tanġibbli?

F'każ ta' ksur, il-Kummissjoni se tinnotifika lill-Prosekutur Pubbliku Ewropew dwar l-infiq irresponsabbli ta' fondi fuq proġetti tal-ilma?

Imressqa: 06/01/2020

Skadenza: 07/04/2020

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Frar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza