Mistoqsijiet parlamentari
PDF 46kWORD 10k
9 ta' Jannar 2020
O-000003/2020
Mistoqsija għal tweġiba orali
lill-Kummissjoni
Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura
Henna Virkkunen, Jens Gieseke
f'isem il-Grupp PPE
 Suġġett: L-intrapriżi żgħar u medji u t-tfassil aħjar tal-liġijiet

Il-Kummissjoni l-ġdida impenjat ruħha li tnaqqas il-piżijiet amministrattivi minn fuq l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) u tapplika l-prinċipju ta' "One In, One Out".

Il-Kummissjoni kif biħsiebha tkejjel l-ispejjeż marbuta mal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE, kemm ex ante kif ukoll ex post, sabiex l-ispejjeż u l-piżijiet burokratiċi jitnaqqsu b'mod effettiv, filwaqt li jiġu ssalvagwardjati l-istandards soċjali, ambjentali u tax-xogħol?

Nilqgħu l-fatt li l-proposta li l-Parlament kien ilu li ressaq biex jinħoloq rwol eżekuttiv ċentrali għall-SMEs fi ħdan il-Kummissjoni ġiet aċċettata. Il-Kummissjoni fejn biħsiebha tqiegħed is-sede tar-Rappreżentant tal-SMEs li ġie mħabbar sabiex jissorvelja d-DĠs u s-servizzi kollha rilevanti?

Fid-dawl tan-nuqqasijiet attwali, il-Kummissjoni x'titjib qed tippjana li twettaq fir-rigward tat-Test tal-SMEs eżistenti għall-istabiliment tal-filtru tal-SMEs? Dan it-titjib se jwassal għal valutazzjonijiet tal-impatt obbligatorji u indipendenti? Fit-twettiq tal-valutazzjonijiet bir-reqqa tal-impatt tal-leġiżlazzjoni li jmiss, inkluż b'rabta mal-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Kummissjoni se tivvaluta l-impatt speċifiku fuq l-SMEs u dan kif se jirrelata mal-istrateġija għall-SMEs?

Il-Kummissjoni kif biħsiebha ssaħħaħ il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju eżistenti, li attwalment jikkonsisti minn tliet esperti indipendenti, u toħloq korp ta' tgħarbil indipendenti reali b'riżorsi suffiċjenti?

Il-Kummissjoni x'miżuri biħsiebha tadotta f'każijiet fejn il-miżuri ta' implimentazzjoni nazzjonali, reġjonali jew lokali jkunu jmorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ mil-leġiżlazzjoni tal-UE, u jwasslu għal eċċess ta' regoli bil-possibbiltà li l-SMEs jisfaw suxxettibbli għal riperkussjonijiet sproporzjonati?

Imressqa: 09/01/2020

Skadenza: 10/04/2020

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 10 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza