Proċedura : 2019/2967(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000006/2020

Testi mressqa :

O-000006/2020 (B9-0005/2020)

Dibattiti :

PV 12/02/2020 - 18
CRE 12/02/2020 - 18

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 46kWORD 10k
22 ta' Jannar 2020
O-000006/2020
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000006/2020
lill-Kunsill
Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura
Evelyn Regner
f'isem il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
 Tweġiba fil-plenarja 
 Suġġett: Prijoritajiet tal-UE għall-64 sessjoni tal-Kummissjoni tan-NU dwar l-Istatus tan-Nisa

Bejn is-16 u t-18 ta' Marzu 2020, delegazzjoni mill-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-Parlament se tattendi l-64 sessjoni tal-Kummissjoni tan-NU dwar l-Istatus tan-Nisa (UN CSW64). Il-CSW64 tan-NU ser tiffoka fuq ir-reviżjoni u l-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing (BPfA), l-eżiti tat-23 sessjoni speċjali tal-Assemblea Ġenerali, u t-twettiq sħiħ tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli. Il-gvernijiet fil-CSW64 tan-NU huma mistennija li jadottaw Dikjarazzjoni Politika biex jitfakkar il-25 anniversarju tal-BPfA. 25 sena wara l-adozzjoni tal-BPfA, id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi għadhom ma twettqux kompletament. In-nisa fl-Ewropa u fid-dinja għadhom qed jiffaċċjaw:

– inugwaljanzi ekonomiċi, inkluż segregazzjoni bejn is-sessi fis-swieq tax-xogħol, nuqqas ta' parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol minn nisa li ġejjin minn sfondi aktar foqra u differenzi bejn il-pagi u l-pensjonijiet tal-irġiel u n-nisa;

– vjolenza (inkluż fiżika, emozzjonali, sesswali, ekonomika u koerċittiva);

– sterjotipi kontra d-drittijiet tagħhom (inklużi s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi) u sterjotipi persistenti;

– nuqqas ta' rappreżentazzjoni fit-teħid ta' deċiżjonijiet;

Issa huwa meħtieġ impenn imġedded, b'aktar ambizzjoni, aktar responsabilità u riżorsi sinifikanti.

Il-Kunsill jista' jelabora dwar il-punti ewlenin li għandhom isiru fid-dikjarazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fil-CSW64 tan-NU, u dwar kif se jiġu inkorporati l-prijoritajiet tal-Parlament? Kif se tiżgura li l-UE jkollha approċċ koordinat b'saħħtu u li hemm impenn ambizzjuż u b'saħħtu fid-Dikjarazzjoni Politika? Liema miżuri speċifiċi se tinkludi sabiex jiġi żgurat progress reali lejn l-ugwaljanza bejn is-sessi, skont il-prijoritajiet tal-presidenza attwali li jinkludu l-għoti tas-setgħa lin-nisa fis-soċjetà u fis-suq tax-xogħol?

X'passi se tieħu biex tiżgura li l-UE u l-Istati Membri tagħha jħaffu l-impenn tagħhom għall-implimentazzjoni tal-BPfA u d-Dikjarazzjoni Politika Beijing+25 billi jintegraw l-għanijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi fl-istrateġiji u l-proċessi ta' politika futuri rilevanti tal-UE, inklużi l-politiki ekonomiċi u baġitarji? B'mod speċifiku, x'passi ġodda se jittieħdu biex il-perspettiva tal-ġeneru tiġi integrata fil-politiki u l-programmi kollha tal-UE?

Kif se tkompli tikkoopera mas-soċjetà ċivili, partikolarment mal-organizzazzjonijiet tan-nisa, sabiex tikseb l-objettivi tal-BPfA u tħejji l-pożizzjoni tal-UE fil-CSW64 tan-NU?

Imressqa: 22/01/2020

Skadenza: 23/04/2020

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza