Mistoqsija Parlamentari - O-000012/2020Mistoqsija Parlamentari
O-000012/2020

Ir-reviżjoni tal-linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea.

Mistoqsija għal tweġiba orali  O-000012/2020
lill-Kummissjoni
Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura
Cristian-Silviu Buşoi
f'isem il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Proċedura : 2020/2549(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000012/2020
Testi mressqa :
O-000012/2020 (B9-0008/2020)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Fil-11 ta' Diċembru 2019, il-Kummissjoni ppreżentat il-komunikazzjoni tagħha dwar il- "Patt Ekoloġiku Ewropew", li fiha ħabbret li se ssir reviżjoni tal-linji gwida tan-Netwerks Trans-Ewropej tal-Enerġija (TEN-E) fl-2020.

X'inhi l-iskeda għar-reviżjoni tal-linji gwida tat-TEN-E?

Il-Kummissjoni se tipprevedi xi miżuri tranżitorji sabiex tipprovdi gwida dwar l-infiq taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u dwar l-għażla ta' proġetti għall-lista 5 ta' Proġetti ta' Interess Komuni (PCI) sa tmiem l-2020, kif ukoll bil-għan li jiġi żgurat li kemm l-infiq kif ukoll l-għażla jkunu konformi mal-impenji magħmula skont il-Ftehim ta' Pariġi?

Imressqa: 30/01/2020

Skadenza: 01/05/2020

Aġġornata l-aħħar: 10 ta' Novembru 2020
Avviż legali - Politika tal-privatezza