Mistoqsijiet parlamentari
PDF 53kWORD 10k
10 ta' Frar 2020
O-000016/2020/rev.4
Mistoqsija għal tweġiba orali
lill-Kummissjoni
Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura
Sirpa Pietikäinen, Emil Radev, Petri Sarvamaa, Sarah Wiener, Petra De Sutter, Klaus Buchner, Heidi Hautala, Marie Toussaint, Yannick Jadot, David Cormand, Tilly Metz, Bas Eickhout, Francisco Guerreiro, Ernest Urtasun, Nikolaj Villumsen, Manuel Bompard, Younous Omarjee, Clare Daly, Anja Hazekamp, Malin Björk, Fabio Massimo Castaldo, Rosa D'Amato, Ignazio Corrao, Eleonora Evi, Piernicola Pedicini, Frédérique Ries, Hilde Vautmans, Pascal Durand, Chrysoula Zacharopoulou, Petras Auštrevičius, Martin Hojsík, Maria Noichl, Niels Fuglsang, Sylwia Spurek, Leszek Miller, Annika Bruna, Virginie Joron, Catherine Griset, Aurelia Beigneux
 Suġġett: Il-benessri tal-annimali u l-Patt Ekoloġiku l-ġdid

Il-leġiżlazzjoni attwali dwar il-benessri tal-annimali hija antikwata u ma tirriflettix l-iżviluppi xjentifiċi l-aktar reċenti. Hija nieqsa mill-effiċjenza u ċ-ċarezza, u dan in-nuqqas iwassal għal diskrepanzi fl-applikazzjoni tagħha u joħloq żvantaġġ kompetittiv għall-produtturi f'ċerti Stati Membri. Barra minn hekk, il-biċċa l-kbira tal-annimali mhumiex koperti minn leġiżlazzjoni speċifika għall-ispeċi. Il-Parlament talab ripetutament bidliet leġiżlattivi. Dan l-aħħar talab reviżjonijiet tar-Regolament dwar it-Trasport tal-Annimali u tad-Direttiva dwar il-Brojlers. L-istħarriġ tal-Ewrobarometru, il-konsultazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-futur tal-Ewropa, u s-suċċess tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej bit-titolu "End the Cage Age", urew li ċ-ċittadini jridu li tittieħed aktar azzjoni fir-rigward tal-benessri tal-annimali. Barra minn hekk, il-benessri tal-annimali huwa marbut mill-qrib mal-iżvilupp ta' sistema alimentari sostenibbli u ċirkolari, peress li l-biedja industrijali tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra, għat-tniġġis tal-ħamrija u tal-ilma, għad-degradazzjoni tal-ekosistemi, u għat-theddida dejjem tikber tar-reżistenza għall-antimikrobiċi. Madankollu, matul l-aħħar leġiżlatura ma tnediet l-ebda proposta leġiżlattiva dwar il-benessri tal-annimali.

Napprezzaw it-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-mistoqsijiet li ġejjin:

1. Fid-dawl tal-fatt li l-President von der Leyen impenjat ruħha li twieġeb it-talbiet tal-Parlament għal leġiżlazzjoni b'abbozzi ta' proposta, il-Kummissjoni biħsiebha tippreżenta proposti leġiżlattivi dwar il-benessri tal-annimali matul din il-leġiżlatura?

2. Il-benessri tal-annimali se jkun integrat b'mod sħiħ fil-Patt Ekoloġiku l-ġdid, fl-Istrateġija "Mill-Għalqa sal-Platt", u fl-Istrateġija għall-Bijodiversità?

3. Il-Kummissjoni se żżid ir-riżorsi finanzjarji u umani allokati għall-benessri tal-annimali?

Imressqa: 10/02/2020

Skadenza: 11/05/2020

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 4 ta' Marzu 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza