Proċedura : 2019/2816(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000040/2020

Testi mressqa :

O-000040/2020 (B9-0015/2020)

Dibattiti :

PV 14/09/2020 - 17
CRE 14/09/2020 - 17

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 49kWORD 10k
4 ta' Ġunju 2020
O-000040/2020
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000040/2020
lill-Kunsill
Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura
Cristian-Silviu Buşoi, Günther Sidl, Jan Huitema, Michèle Rivasi, Simona Baldassarre, Joanna Kopcińska, Kateřina Konečná
f'isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 Tweġiba fil-plenarja 
 Suġġett: Approċċ strateġiku għall-prodotti farmaċewtiċi fl-ambjent

Fil-11 ta' Marzu 2019, il-Kummissjoni adottat komunikazzjoni dwar Approċċ Strateġiku tal-Unjoni Ewropea għall-Farmaċewtiċi fl-Ambjent (COM(2019)0128). Kif meħtieġ mill-Artikolu 8c tad-Direttiva dwar is-Sustanzi ta' Prijorità, dan l-approċċ strateġiku għandu jiġi segwit, fejn xieraq, minn proposti għal miżuri li għandhom jittieħdu fil-livell tal-Unjoni u/jew tal-Istati Membri biex jindirizzaw l-impatti ambjentali possibbli ta' sustanzi farmaċewtiċi, bil-ħsieb li jitnaqqsu r-rilaxxi, l-emissjonijiet u t-telf ta' tali sustanzi fl-ambjent akwatiku, b'kont meħud tal-ħtiġijiet tas-saħħa pubblika u l-kosteffettività tal-miżuri proposti. Sabiex ikunu effettivi u l-isforzi jkunu mifruxa b'mod ugwali, il-miżuri m'għandhomx jinkludu biss kontrolli fil-punt tar-rimi (eż. trattament imtejjeb tal-ilma mormi) iżda għandhom jindirizzaw ukoll is-sorsi oriġinali tal-emissjonijiet (eż. il-produzzjoni u l-użu), u jikkunsidraw l-ambjent terrestri kif ukoll dak akkwatiku.

Din il-Komunikazzjoni tistabbilixxi sitt oqsma ta' azzjoni, u diversi azzjonijiet speċifiċi relatati ma' miżuri possibbli: li tiżdied is-sensibilizzazzjoni u jiġi promoss l-użu prudenti tal-farmaċewtiċi; li jiġi appoġġjat l-iżvilupp ta' farmaċewtiċi intrinsikament anqas ta' ħsara għall-ambjent u tiġi promossa manifattura aktar ekoloġika; li tittejjeb il-valutazzjoni tar-riskju ambjentali u r-rieżami tagħha; li titnaqqas il-ħela u titjieb il-ġestjoni tal-iskart; li jiżdied il-monitoraġġ ambjentali; u li jinsab tarf ta' lakuni oħra fl-għarfien.

Fil-konklużjonijiet tiegħu ta' Ġunju 2019, il-Kunsill enfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni tivvaluta u tiddefinixxi l-miżuri l-aktar effettivi, inklużi miżuri leġiżlattivi, biex jittaffew l-effetti tal-prodotti farmaċewtiċi fl-ambjent, biex jiġi miġġieled l-iżvilupp tar-reżistenza għall-antimikrobiċi u biex tissaħħaħ ir-rabta mas-settur tas-saħħa f'dan ir-rigward.

1. X'inhi l-pożizzjoni tal-Kunsill rigward l-approċċ strateġiku u l-azzjonijiet proposti mill-Kummissjoni?

2. X'miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi biħsiebu jappoġġa l-Kunsill sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-prodotti farmaċewtiċi fl-ambjent?

Imressqa: 04/06/2020

Skadenza: 05/09/2020

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Ġunju 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza