Il-futur tal-edukazzjoni Ewropea fil-kuntest tal-COVID-19
8.9.2020
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000052/2020
lill-Kunsill
Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura
Sabine Verheyen
f'isem il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
Proċedura : 2020/2760(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :
O-000052/2020
Testi mressqa :
O-000052/2020 (B9-0020/2020)
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :
Il-pandemija tal-COVID-19 ikkawżat tfixkil bla preċedent għall-edukazzjoni u t-taħriġ fl-Unjoni Ewropea kollha. L-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-Istati Membri kellhom jagħlqu, l-eżamijiet ġew ikkanċellati u miljuni ta’ studenti f'salt wieħed kellhom jaqilbu għal tagħlim online jew mill-bogħod.
- 1.X’inhi l-valutazzjoni tal-Kunsill tal-impatt tal-kriżi fuq l-istituzzjonijiet, il-persunal u l-istudenti tagħhom?
- 2.X’tagħlimiet ittieħdu mill-bidla li kellha ssir mil-lum għall-għada lejn it-tagħlim diġitali tal-massa?
- 3.Liema prijoritajiet tal-politika tal-edukazzjoni ġew identifikati b’reazzjoni għas-sitwazzjoni matul l-aħħar sitt xhur biex is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ tagħna jsiru aktar inklużivi u aktar reżiljenti?
- 4.Il-Kunsill, b'liema mod jixtieq jara t-tagħlimiet meħuda jiġu inkorporati fil-Pjan ta’ Azzjoni mtejjeb għall-Edukazzjoni Diġitali u ż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni?
- 5.X’inhi l-viżjoni fit-tul tal-Kunsill għall-politika tal-UE dwar l-edukazzjoni?
Imressqa: 08/09/2020
Skadenza: 09/12/2020
Aġġornata l-aħħar: 10 ta' Settembru 2020