Mistoqsija Parlamentari - O-000059/2020Mistoqsija Parlamentari
O-000059/2020

It-tisħiħ tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000059/2020
lill-Kummissjoni
Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura
Lucia Ďuriš Nicholsonová, Cindy Franssen, Brando Benifei, Monica Semedo, Elena Lizzi, Kira Marie Peter-Hansen, Elżbieta Rafalska, Leila Chaibi
f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Proċedura : 2020/2764(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000059/2020
Testi mressqa :
O-000059/2020 (B9-0019/2020)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Fl-1 ta' Lulju 2020, il-Kummissjoni ressqet proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Pont għall-Impjiegi – Tissaħħaħ il-Garanzija għaż-Żgħażagħ, li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' April 2013 dwar it-twaqqif ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ[1]. Minħabba l-pandemija tal-COVID-19, ir-rati ta' qgħad u inattività fl-UE qed jiżdiedu u miljuni ta' nies qed jirriskjaw li jitilfu l-impjieg tagħhom. F'Ġunju 2020, il-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-UE kien ta' 16.8 %, ċifra li hi mistennija tiżdied drastikament. L-agħar li se jintlaqtu mill-konsegwenzi negattivi tal-kriżi x'aktarx se jkunu ż-żgħażagħ.

Minkejja dan, l-allokazzjoni ta' 15 % għal azzjonijiet immirati għaż-żgħażagħ li ma jaħdmux, prevista mill-proposta emendata tal-Kummissjoni dwar il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) tat-28 ta' Mejju 2020, fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tnaqqset għal 10 %. Dan it-tnaqqis imur totalment kontra l-ambizzjonijiet tal-Unjoni li tinvesti fiż-żgħażagħ u għalhekk jonqos milli jindirizza l-isfidi soċjali u tal-impjiegi fl-era ta' wara l-COVID-19.

Imressqa: 24/09/2020

Skadenza: 25/12/2020

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Settembru 2020
Avviż legali - Politika tal-privatezza