Mistoqsija Parlamentari - O-000077/2020Mistoqsija Parlamentari
O-000077/2020

Implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ilma

Mistoqsija għal tweġiba orali  O-000077/2020
lill-Kunsill
Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura
Christophe Hansen, Sara Cerdas, Nicolae Ştefănuță, Marco Dreosto, Martin Häusling, Joanna Kopcińska, Malin Björk, Eleonora Evi
f'isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Proċedura : 2020/2613(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000077/2020
Testi mressqa :
O-000077/2020 (B9-0501/2020)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Il-Parlament jilqa' l-konklużjoni tal-Kummissjoni li d-Direttiva Qafas[1] dwar l-Ilma hija adattata għall-iskop tagħha, iżda jqis li l-implimentazzjoni tagħha jeħtieġ li tittejjeb u titħaffef. Għalkemm id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma rnexxielha tistabbilixxi qafas ta' governanza għall-ġestjoni integrata tal-ilma għal mijiet ta' eluf ta' korpi tal-ilma fl-UE, tnaqqas ir-rata ta' deterjorament tal-istat tal-ilma u tnaqqas it-tniġġis kimiku, inqas minn nofs il-korpi tal-ilma tal-UE huma kklassifikati bħala li jinsabu fi stat tajjeb minkejja l-iskadenza tal-2015. Barra minn hekk, wieħed biss mill-erba' indikaturi tal-ilma ħelu wera progress matul l-aħħar 10-15-il sena, u kien hemm għadd ta' kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-ilma, l-aktar minħabba l-finanzjament inadegwat u l-integrazzjoni insuffiċjenti tal-objettivi ambjentali fil-politiki settorjali. F'dan il-kuntest, nilqgħu tweġibiet mingħand il-Kunsill għall-mistoqsijiet li ġejjin:

Imressqa: 07/12/2020

Skadenza: 08/03/2021

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Diċembru 2020
Avviż legali - Politika tal-privatezza