Inħaffu l-progress u nindirizzaw l-inugwaljanzi sabiex neliminaw l-AIDS bħala theddida għas-saħħa pubblika sal-2030
14.4.2021
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000027/2021
lill-Kummissjoni
Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura
Tomas Tobé
f'isem il-Kumitat għall-Iżvilupp
Mit-8 sal-10 ta' Ġunju 2021, l-Assemblea Ġenerali tan-NU se tikkonvoka laqgħa ta' livell għoli dwar l-HIV/AIDS biex tirrevedi l-progress fl-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni Politika tal-2016 dwar l-HIV u l-AIDS u tadotta impenji konkreti biex tħaffef l-azzjoni intiża sabiex telimina l-AIDS bħala theddida għas-saħħa pubblika sal-2030.
Id-data tal-UNAIDS turi li l-epidemija tal-HIV għadha kriżi globali. Fl-2019, 38 miljun ruħ kienu qed jgħixu bl-HIV, li minnhom 12-il miljun ma kellhomx aċċess għal kura antiretrovirali li ssalva l-ħajjiet, filwaqt li 1.7 miljun persuna ġew infettati bl-HIV u 700 000 persuna mietu minħabba kawżi relatati mal-AIDS. L-inugwaljanzi li jixprunaw l-epidemija tal-HIV komplew jiggravaw minħabba l-pandemija tal-COVID-19.
Huwa meħtieġ impenn imġedded tal-UE għar-rispons globali għall-HIV/AIDS, li jkun akkompanjat minn aktar ambizzjoni, responsabbiltà u riżorsi.
- 1.Il-Kummissjoni kif se tiżgura li l-UE tikkontribwixxi għall-adozzjoni ta' impenji ambizzjużi u li jħarsu 'l quddiem fid-dikjarazzjoni politika tal-2021 dwar l-HIV/AIDS?
- 2.X'passi se tieħu l-Kummissjoni biex tħaffef l-isforzi intiżi sabiex jeliminaw l-AIDS u biex tappoġġa l-isforzi tal-pajjiżi sħab fil-bini ta' sistemi komunitarji u tas-saħħa reżiljenti, filwaqt li jittaffa l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19?
- 3.X'se tagħmel il-Kummissjoni biex tindirizza l-inugwaljanzi li jiffavorixxu l-epidemija tal-HIV fil-livell ta' pajjiż?
Imressqa: 14.4.2021
Skadenza: 15.7.2021