Mistoqsija Parlamentari - O-000043/2021Mistoqsija Parlamentari
O-000043/2021

Il-kontribut tal-UE għat-trasformazzjoni tas-sistemi tal-ikel globali biex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli

Mistoqsija għal tweġiba orali  O-000043/2021
lill-Kummissjoni
Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura
Tomas Tobé
f'isem il-Kumitat għall-Iżvilupp
Norbert Lins
f'isem il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

Proċedura : 2021/2750(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000043/2021
Testi mressqa :
O-000043/2021 (B9-0031/2021)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Is-Summit dwar is-Sistemi tal-Ikel tan-NU se jsir f'Settembru 2021 bħala parti mid-Deċennju ta' Azzjoni għat-twettiq tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, li tinkludi l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs). Is-sistemi tal-ikel – jiġifieri l-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-konsum tal-ikel – jaffettwaw is-17-il SDG kollha u huma kruċjali biex jintlaħqu. Is-summit huwa maħsub bħala opportunità biex jitnedew azzjonijiet ġodda biex is-sistemi tal-ikel dinjija jsiru aktar tajbin għas-saħħa, aktar sostenibbli u ekwi. L-UE kkontribwiet b'mod attiv għall-preparazzjoni tal-Aġenda 2030. Hija impenjat ruħha wkoll li tagħmel l-SDGs prinċipju gwida fil-politiki kollha tagħha u li tippromwovihom mas-sħab tagħha.

Sfortunatament, l-indikaturi disponibbli kollha jindikaw il-fatt li m'aħniex fit-triq it-tajba biex niksbu dinja mingħajr ġuħ sal-2030. Barra minn hekk, il-pandemija tal-COVID-19 enfasizzat il-fraġilitajiet tas-sistemi tal-ikel u aggravat l-inugwaljanzi.

F'dan il-kuntest, huwa meħtieġ b'mod urġenti impenn imġedded u msaħħaħ tal-UE biex jinkiseb żero ġuħ u d-dritt għal ikel adegwat.

Imressqa: 14.6.2021

Skadenza: 15.9.2021

Aġġornata l-aħħar: 16 ta' Ġunju 2021
Avviż legali - Politika tal-privatezza