Mistoqsija Parlamentari - O-000054/2021Mistoqsija Parlamentari
O-000054/2021

Valutazzjoni tal-miżuri tal-Unjoni għas-settur tat-turiżmu tal-UE hekk kif joqrob tmiem l-istaġun tas-sajf

Mistoqsija għal tweġiba orali  O-000054/2021
lill-Kummissjoni
Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura
Karima Delli
f'isem il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Proċedura : 2021/2816(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000054/2021
Testi mressqa :
O-000054/2021 (B9-0036/2021)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Is-settur tat-turiżmu tal-UE ntlaqat severament mill-kriżi tal-COVID-19. Huwa rreġistra nuqqas ta' investiment ta' EUR 161 biljun fl-2020, b'konsegwenzi negattivi jinfirxu mal-ekosistema kollha tat-turiżmu, speċjalment għas-27 miljun ħaddiem impjegat direttament u indirettament mis-settur tat-turiżmu.

Hekk kif jintemm l-istaġun tas-sajf tal-2021, wasal iż-żmien li ssir valutazzjoni preliminari tal-miżuri fis-seħħ li tippermetti approċċ koordinat tal-UE lejn il-ftuħ mill-ġdid sikur tal-ivvjaġġar fl-Unjoni, kif ukoll lejn u minn pajjiżi mhux tal-UE: l-ewwel nett, l-implimentazzjoni taċ-Ċertifikat COVID diġitali tal-UE, bil-għan li jiġu ffaċilitati t-tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u għall-prevenzjoni ta' azzjonijiet unilaterali minn Stati Membri individwali, u t-tieni, il-ħolqien tas-Siġill tas-Sikurezza Ewropew kontra l-COVID-19 għat-Turiżmu.

Imressqa: 14.7.2021

Skadenza: 15.10.2021

Aġġornata l-aħħar: 16 ta' Lulju 2021
Avviż legali - Politika tal-privatezza