Ostakli għall-moviment liberu tal-merkanzija
28.10.2021
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000072/2021
lill-Kummissjoni
Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura
Anna Cavazzini
f'isem il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Proċedura : 2021/2908(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :
O-000072/2021
Testi mressqa :
O-000072/2021 (B9-0043/2021)
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :
Il-miżuri unilaterali meħuda fil-livell nazzjonali, bħar-restrizzjonijiet għat-traffiku li jolqtu l-"korsiji ħodor" ewlenin tat-trasport tal-UE, jistgħu jostakolaw il-moviment liberu tal-merkanzija fis-suq intern u jmisshom, bħala regola ġenerali, jiġu evitati. Fl-istess ħin, il-miżuri politiċi għandhom jiżguraw aktar sostenibbiltà u kwalità tal-arja aħjar.
- 1.Il-Kummissjoni vvalutat kif tibbilanċja l-moviment liberu tal-merkanzija mal-ħarsien tal-ambjent u tas-saħħa?
- 2.Biħsiebha tieħu azzjoni biex tegħleb tali restrizzjonijiet jew issib soluzzjonijiet alternattivi maqbula fil-livell tal-UE biex terġa' tistabbilixxi l-moviment liberu tal-merkanzija u l-funzjonament korrett tas-suq intern?
Imressqa: 28.10.2021
Skadenza: 29.1.2022
Aġġornata l-aħħar: 3 ta' Novembru 2021