L-implimentazzjoni tal-iskema ta' ċertifikazzjoni Kimberley Process
9.11.2021
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000073/2021
lill-Kummissjoni
Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura
Bernd Lange
f'isem il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Proċedura : 2021/2885(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :
O-000073/2021
Testi mressqa :
O-000073/2021 (B9-0044/2021)
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :
- 1.Kif jista' jittejjeb il-kontribut tal-UE għall-implimentazzjoni effettiva tal-iskema ta' ċertifikazzjoni Kimberley Process (KPCS)? X'jista' jsir biex tingħata spinta lill-kapaċità lokali ta' monitoraġġ u infurzar? Kemm hija ssimplifikata l-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn il-parteċipanti fl-istruttura tripartitika? Il-Kummissjoni kif tevalwa l-kooperazzjoni tagħha u taħdem mal-gvernijiet sħab, b'mod partikolari dawk tal-pajjiżi li jipproduċu d-djamanti?
- 2.X'inhu l-approċċ tal-Kummissjoni għall-proċess ta' riforma tal-KPCS, u xi progress sar s'issa? X'inhu fattibbli f'termini ta' adattament tal-kamp ta' applikazzjoni u t-twessigħ tad-definizzjoni ta' djamanti tal-konflitt biex jiġu koperti kwistjonijiet oħra bħall-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, u x'tista' tkun skeda ta' żmien realistika?
- 3.Il-Kummissjoni kif se tevalwa l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u l-gvernijiet tal-pajjiżi sħab taħt l-Istrument preċedenti li jikkontribwixxi għall-Istabilità u l-Paċi, u l-kisbiet relatati, u liema proġetti konkreti huma mistennija li jitwettqu taħt il-programm tematiku l-ġdid għall-Paċi, l-Istabilità u l-Prevenzjoni tal-Konflitti u l-programmi ġeografiċi rilevanti biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni reġjonali fiż-żoni ta' estrazzjoni minerarja artiġjanali?
- 4.L-UE, kif tista' tikkontribwixxi għat-tisħiħ tar-rwol tas-soċjetà ċivili fil-KPCS, f'konformità ma' fora oħra ta' diversi partijiet ikkonċernati (bħall-Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Industriji Estrattivi u l-Forum tal-OECD dwar Ktajjen ta' Provvista Responsabbli tal-Minerali)?
- 5.Il-Kummissjoni kif se tallinja l-implimentazzjoni tal-KPCS mal-leġiżlazzjoni li jmiss dwar id-diliġenza dovuta biex tiżgura l-kompatibilità? Qed tikkunsidra miżuri awtonomi sabiex jiġi stabbilit obbligu ta' diliġenza dovuta għall-importazzjonijiet tal-UE ta' djamanti mhux maħduma, maqtugħin u llustrati? Il-Kummissjoni tista' tikkunsidra li tinkludi d-djamanti fir-Regolament dwar il-Minerali tal-Konflitt meta jasal iż-żmien biex dan jiġi rieżaminat fl-2023?
- 6.X'miżuri jistgħu jittieħdu biex jiġi żgurat li l-ktajjen ta' provvista tad-djamanti jkunu ħielsa mill-konflitti u ħielsa wkoll minn kwistjonijiet ambjentali u tad-drittijiet tal-bniedem oħra, biex jiġi żgurat li jissodisfaw l-aspettattivi tal-konsumaturi?
- 7.X'jista' jkun ir-rwol ta' teknoloġiji ġodda bħall-blockchain fl-isforzi biex jittejbu t-trasparenza u t-traċċabilità (u d-diliġenza) fil-ktajjen ta' provvista tad-djamanti?
Imressqa: 9.11.2021
Skadenza: 10.2.2022
Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Novembru 2021