Mistoqsija Parlamentari - O-000001/2022Mistoqsija Parlamentari
O-000001/2022

Kummissarju tal-UE għat-Trattament Xieraq tal-Annimali

10.1.2022

Mistoqsija għal tweġiba orali  O-000001/2022
lill-Kummissjoni
Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura
Niels Fuglsang (S&D), Sylwia Spurek (Verts/ALE), Petras Auštrevičius (Renew), Manuel Bompard (The Left), Michal Wiezik (Renew), Emmanouil Fragkos (ECR), Anja Hazekamp (The Left), Johan Van Overtveldt (ECR), Emma Wiesner (Renew), Sirpa Pietikäinen (PPE), Maria Noichl (S&D), Francisco Guerreiro (Verts/ALE), Eleonora Evi (Verts/ALE), Jerzy Buzek (PPE), Tilly Metz (Verts/ALE), Leszek Miller (S&D), Manon Aubry (The Left), Pascal Arimont (PPE), Pascal Durand (Renew), Caroline Roose (Verts/ALE), Martin Hojsík (Renew), Tanja Fajon (S&D), Marina Kaljurand (S&D), Biljana Borzan (S&D), Saskia Bricmont (Verts/ALE), Magdalena Adamowicz (PPE), Isabella Adinolfi (PPE), Alviina Alametsä (Verts/ALE), François Alfonsi (Verts/ALE), Anna-Michelle Asimakopoulou (PPE), Margrete Auken (Verts/ALE), Aurélia Beigneux (ID), Lars Patrick Berg (ECR), Benoît Biteau (Verts/ALE), Malin Björk (The Left), Marc Botenga (The Left), Geert Bourgeois (ECR), Milan Brglez (S&D), Annika Bruna (ID), Martin Buschmann (NI), Damien Carême (Verts/ALE), Fabio Massimo Castaldo (NI), Antoni Comín i Oliveres (NI), David Cormand (Verts/ALE), Rosa D'Amato (Verts/ALE), Tomasz Frankowski (PPE), Raphaël Glucksmann (S&D), Catherine Griset (ID), Claude Gruffat (Verts/ALE), Sylvie Guillaume (S&D), José Gusmão (The Left), Andrzej Halicki (PPE), Pär Holmgren (Verts/ALE), Virginie Joron (ID), Assita Kanko (ECR), Manolis Kefalogiannis (PPE), Łukasz Kohut (S&D), Dietmar Köster (S&D), Petros Kokkalis (The Left), Athanasios Konstantinou (NI), Stelios Kouloglou (The Left), Elena Kountoura (The Left), Stelios Kympouropoulos (PPE), Georgios Kyrtsos (PPE), Elżbieta Katarzyna Łukacijewska (PPE), Marisa Matias (The Left), Sara Matthieu (Verts/ALE), Vangelis Meimarakis (PPE), Niklas Nienaß (Verts/ALE), Younous Omarjee (The Left), Grace O'Sullivan (Verts/ALE), Demetris Papadakis (S&D), Dimitrios Papadimoulis (The Left), Piernicola Pedicini (Verts/ALE), Kira Marie Peter-Hansen (Verts/ALE), Jiří Pospíšil (PPE), Diana Riba i Giner (Verts/ALE), Mounir Satouri (Verts/ALE), Andreas Schieder (S&D), Michal Šimečka (Renew), Ivan Štefanec (PPE), Jessica Stegrud (ECR), Róża Thun und Hohenstein (Renew), Marie Toussaint (Verts/ALE), Ernest Urtasun (Verts/ALE), Kathleen Van Brempt (S&D), Marianne Vind (S&D), Petar Vitanov (S&D), Elissavet Vozemberg-Vrionidi (PPE), Thomas Waitz (Verts/ALE), Jadwiga Wiśniewska (ECR), Salima Yenbou (Verts/ALE), Chrysoula Zacharopoulou (Renew), Sarah Wiener (Verts/ALE), Sabrina Pignedoli (NI), Tiziana Beghin (NI), Dragoş Tudorache (Renew), Laura Ferrara (NI), Nikolaj Villumsen (The Left), Michael Bloss (Verts/ALE), Alice Kuhnke (Verts/ALE), Jakop G. Dalunde (Verts/ALE), Christel Schaldemose (S&D), Morten Løkkegaard (Renew), Maria Spyraki (PPE), Günther Sidl (S&D), Jytte Guteland (S&D), Mohammed Chahim (S&D), Thijs Reuten (S&D), Fulvio Martusciello (PPE), Vera Tax (S&D), Elisabetta Gualmini (S&D), Alfred Sant (S&D), Josianne Cutajar (S&D), Brando Benifei (S&D), David Casa (PPE), Andrea Cozzolino (S&D), Ivars Ijabs (Renew)

L-Artikolu 13 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jagħraf li l-annimali huma ħlejjaq li jħossu. Kif urew it-tweġibiet għall-istħarriġ tal-Ewrobarometru, iċ-ċittadini Ewropej jimpurtahom mill-annimali, u jixtiequ jaraw titjib fit-trattament xieraq tagħhom permezz ta' leġiżlazzjoni ċara, politiki effettivi u l-impenn ta' riżorsi adegwati.

Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-trattament xieraq tal-annimali ilha tiġi żviluppata mill-1974, iżda l-approċċ tal-istituzzjonijiet tal-UE kien inkonsistenti, u dan ikkontribwixxa għall-problema ta' infurzar dgħajjef fuq diversi fronti.

Il-kummissarju tal-UE responsabbli għat-trattament xieraq tal-annimali għandu jikseb aktar influwenza u setgħat fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE dwar dan is-suġġett, li l-importanza tiegħu ġiet rikonoxxuta b'mod ċar minn din il-Kummissjoni.

Aktar minn 145 000 ċittadin tal-UE u aktar minn 155 Membru tal-PE mill-gruppi politiċi kollha diġà ssieħbu fil-kampanja #EUforAnimals biex jitolbu li t-trattament xieraq tal-annimali jingħata aktar importanza billi r-responsabbiltà għalih issir espliċita f'isem id-direttorat ġenerali rilevanti tal-Kummissjoni u t-titlu tal-impjieg tal-kummissarju kompetenti.

F'dan il-kuntest, il-kummissarju jingħata r-responsabbiltà għas-"Saħħa, is-Sikurezza Alimentari u t-Trattament Xieraq tal-Annimali", u dan jappoġġja bil-kbir kemm il-progress leġiżlattiv kif ukoll l-infurzar xieraq.

Din tkun deċiżjoni politika sinifikanti li twassal għal aktar responsabbiltà għat-trattament xieraq tal-annimali fl-istituzzjonijiet tal-UE u b'hekk jiżdiedu l-konsistenza, l-effettività u l-impatt tat-tfassil tal-politika f'dan il-qasam.

Wieħed mill-effetti immedjati tal-proposta jkun l-istabbiliment ta' direttorat iddedikat dwar it-trattament xieraq tal-annimali fi ħdan id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari (DĠ SANTE), u b'hekk tiġi rikonoxxuta b'mod adegwat ir-rilevanza partikolari tiegħu.

Il-Kummissjoni qed tippjana li twieġeb b'mod pożittiv għal din il-proposta? Jekk iva, liema proċeduri nbdew sabiex tiġi implimentata?

Imressqa: 10.1.2022

Skadenza: 11.4.2022

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Jannar 2022
Avviż legali - Politika tal-privatezza