Dritt għal tiswija
16.3.2022
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000010/2022
lill-Kummissjoni
Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura
Anna Cavazzini
f'isem il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Huwa essenzjali li l-konsumaturi jiġu infurmati u jingħataw is-setgħa li jagħmlu l-kontribuzzjonijiet tagħhom stess għall-isforzi globali għal pjaneta aktar nadifa, għal konsum aktar sostenibbli u biex jitnaqqas l-ammont dejjem jikber ta' skart kif ukoll l-impatti negattivi fuq l-ambjent globali. L-Aġenda tal-Konsumatur Ġdida u l-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari għandhom l-għan li jippromwovu t-tiswija u jinkoraġġixxu prodotti aktar sostenibbli. Wara t-talba tal-Parlament biex jiġi stabbilit id-dritt tal-konsumatur għat-tiswija, il-Kummissjoni varat konsultazzjoni pubblika dwar il-konsum sostenibbli tal-oġġetti – il-promozzjoni u l-użu mill-ġdid. Għandha l-għan li tipproponi direttiva li temenda d-Direttiva (UE) 2019/771 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta' oġġetti (id-Direttiva dwar il-Bejgħ ta' Oġġetti) u qed tikkunsidra li tipproponi att leġiżlattiv separat dwar id-dritt għat-tiswija.
- 1.Il-Kummissjoni kif se tiżgura d-dritt għat-tiswija għall-konsumaturi u kif se tiżgura li l-konsumaturi jkunu infurmati biżżejjed dwar il-possibbiltà ta' tiswija tal-prodotti fil-mument tax-xiri?
- 2.Il-Kummissjoni kif se tħeġġeġ lill-produtturi jiddisinjaw prodotti li jdumu aktar u li jistgħu jissewwew faċilment?
- 3.Sa liema punt il-proposta tal-Kummissjoni dwar id-dritt għat-tiswija se tgħin biex jitnaqqas il-konsum mhux sostenibbli u jissaħħaħ is-settur tat-tiswija?
Imressqa: 16.3.2022
Skadenza: 17.6.2022