Mistoqsija Parlamentari - O-000020/2022Mistoqsija Parlamentari
O-000020/2022

Qtugħ illegali ta' siġar fl-UE

Mistoqsija għal tweġiba orali  O-000020/2022
lill-Kummissjoni
Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura
Dolors Montserrat
f'isem il-Kumitat għall-Petizzjonijiet

Proċedura : 2022/2523(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000020/2022
Testi mressqa :
O-000020/2022 (B9-0016/2022)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

F'dawn l-aħħar snin, diversi petizzjonijiet enfasizzaw il-fatt li d-deforestazzjoni illegali kibret fl-Unjoni Ewropea, speċjalment matul il-pandemija wkoll. B'reazzjoni għal dan il-fenomenu, il-Kummissjoni fetħet proċedura ta' ksur għall-ksur tal-liġi ambjentali tal-UE. Xi Stati Membri naqsu milli jwettqu kontrolli effettivi u adegwati biex jivverifikaw il-konformità tal-operaturi mal-obbligi imposti mir-Regolament dwar l-Injam u milli japplikaw penali xierqa, u xi awtoritajiet awtorizzaw il-qtugħ tas-siġar, mingħajr ma evalwaw b'mod preventiv l-impatti fuq il-ħabitats protetti, kif meħtieġ skont id-Direttiva dwar il-Ħabitats u d-Direttiva dwar il-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika. Bl-użu tal-immaġni bis-satellita, il-Kummissjoni sabet ukoll li ntilfu ħabitats forestali protetti fi ħdan siti protetti ta' Natura 2000 bi ksur tad-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats. Minbarra l-impatti ambjentali negattivi, li ħafna drabi huma irriversibbli, tali kriminalità ambjentali għandha impatt soċjali, peress li hija theddida għall-impjieg legali fil-forestrija. F'xi każijiet, id-deforestazzjoni illegali rriżultat fi qtil ta' uffiċjali, gwardjani u difensuri tal-forestrija.

Imressqa: 23.5.2022

Skadenza: 24.8.2022

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Mejju 2022
Avviż legali - Politika tal-privatezza