Mistoqsija Parlamentari - O-000050/2022Mistoqsija Parlamentari
O-000050/2022

Introjtu minimu xieraq li jiżgura inklużjoni attiva

Mistoqsija għal tweġiba orali  O-000050/2022
lill-Kunsill
Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura
Dragoş Pîslaru, Krzysztof Hetman, Estrella Durá Ferrandis, Lucia Ďuriš Nicholsonová, Sara Matthieu, Giuseppe Milazzo, Özlem Demirel
f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Proċedura : 2022/2840(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000050/2022
Testi mressqa :
O-000050/2022 (B9-0008/2023)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Il-kapaċità li persuna tgħix fid-dinjità hija dritt tal-bniedem. Fl-2021, 95,4 miljun ruħ fl-UE, li jirrappreżentaw 21,7 % tal-popolazzjoni tal-UE[1], kienu fir-riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali.

Il-pandemija tal-COVID-19 u l-għoli tal-ħajja li qed jiżdied qed jirriskjaw li jkomplu jaggravaw is-sitwazzjoni diffiċli ta' individwi u unitajiet domestiċi f'sitwazzjonijiet soċjoekonomiċi prekarji.

L-Iskemi ta' Introjtu Minimu jservu bħala xibka ta' sikurezza soċjali li tiggarantixxi livell minimu ta' għajxien u d-dritt għad-dinjità fl-istadji kollha tal-ħajja. Għall-persuni li ma għandhomx biżżejjed riżorsi u impjieg deċenti u stabbli, l-aċċess għal introjtu minimu adegwat għandu rwol essenzjali fit-tnaqqis tal-faqar, l-esklużjoni soċjali u l-inugwaljanzi. Tali skemi għandhom jiġu kkombinati ma' inċentivi u miżuri li jippermettu l-attivazzjoni tas-suq tax-xogħol għal persuni li huma kapaċi jaħdmu.

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jixtieq jistaqsi lill-Kunsill:

Imressqa: 23.11.2022

Skadenza: 24.2.2023

Aġġornata l-aħħar: 25 ta' Novembru 2022
Avviż legali - Politika tal-privatezza