Mistoqsija Parlamentari - O-000004/2023Mistoqsija Parlamentari
O-000004/2023

Il-prijoritajiet tal-UE għas-67 sessjoni tal-Kummissjoni tan-NU dwar l-Istatus tan-Nisa

Mistoqsija għal tweġiba orali  O-000004/2023
lill-Kunsill
Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura
Robert Biedroń
f'isem il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

F'Marzu 2023, delegazzjoni mill-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-Parlament se tattendi s-67 sessjoni tal-Kummissjoni tan-NU dwar l-Istatus tan-Nisa (CSW67 tan-NU). Is-CSW67 tan-NU se tiffoka fuq l-innovazzjoni u l-bidla teknoloġika, u fuq l-edukazzjoni fl-era diġitali għall-kisba tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet kollha.

Id-disparità bejn il-ġeneri fl-aċċess u l-ħiliet diġitali tippersisti, u n-nisa għadhom marġinalizzati diġitalment. L-inugwaljanzi bejn il-ġeneri li qed jiżdiedu jeżistu f'dak li jirrigwarda l-aċċess għall-konnettività, l-edukazzjoni u l-ħiliet diġitali, kif ukoll l-aċċess għat-teknoloġiji, u dawn jipprevjenu l-indipendenza ekonomika, l-intraprenditorija u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa. Madankollu, meta n-nisa u l-bniet ikollhom aċċess għall-internet, huma jiffaċċjaw vjolenza online u jesperjenzaw forom differenti ta' fastidju ċibernetiku. Fid-dawl ta' dan:

Imressqa: 20.1.2023

Skadenza: 21.4.2023

Aġġornata l-aħħar: 23 ta' Jannar 2023
Avviż legali - Politika tal-privatezza