Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

Mistoqsijiet parlamentari
PDF 198kWORD 18k
13 ta' Lulju 2017
P-004813-17
Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub P-004813-17
lill-Kummissjoni
Artikolu 130 tar-Regoli ta’ Proċedura
Lucy Anderson (S&D) , Heinz K. Becker (PPE) , Miriam Dalli (S&D) , Jean Lambert (Verts/ALE) , Merja Kyllönen (GUE/NGL) , Sofia Ribeiro (PPE) , Ivo Vajgl (ALDE) , Josef Weidenholzer (S&D) , Olga Sehnalová (S&D) , Jude Kirton-Darling (S&D)

 Suġġett:  Suq uniku diġitali soċjalment inklużiv
 Tweġiba bil-miktub 

Il-protezzjoni tal-konsumatur u l-inklużjoni soċjali huma parti mill-objettiv strateġiku tal-Unjoni Ewropea li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tagħha, li jenħtieġ li jinkludi, f'dan il-kuntest, id-dritt li l-individwi jagħżlu kif jirċievu d-dokumenti amministrattivi. L-istatistika tal-Kummissjoni stess turi li 60 miljun ċittadin tal-UE qatt ma użaw l-internet u li 45 % tal-popolazzjoni tal-Ewropa m'għandhiex ħiliet diġitali suffiċjenti biex tagħmel dan.

Barra minn hekk, ċerti gruppi — bħalma huma ċ-ċittadini anzjani, il-komunitajiet rurali, l-unitajiet domestiċi b'diffikultajiet finanzjarji u ċ-ċittadini b'diżabilitajiet speċifiċi — ikunu żvantaġġati jekk l-aċċess għall-internet u l-ħiliet marbuta miegħu jsiru l-uniku mezz ta' komunikazzjoni u t-trasport fiżiku u regolari tal-posta jisparixxi. In-nies diġà qed jiġu mġiegħla dejjem aktar mill-gvernijiet u mill-awtoritajiet statutorji, u minn organizzazzjonijiet bħal banek u kumpaniji utilitarji, jikkomunikaw b'mezzi elettroniċi biss, irrispettivament mir-reda jew il-kapaċità tagħhom li jagħmlu dan.

Fid-dawl ta' dan kollu, il-Kummissjoni mitluba twieġeb dawn il-mistoqsijiet li ġejjin:
L-istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali tipprevedi dispożizzjonijiet għas-salvagwardja tad-dritt li ċ-ċittadini jkomplu jirċievu d-dokumenti amministrattivi fuq karta bil-posta regolari jekk ikunu jixtiequ jagħmlu dan?
Dan il-prinċipju sa liema punt jista' jiġi mnaqqax fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni tal-konsumatur?
Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN 
Avviż legali - Politika tal-privatezza