• EN - English
  • MT - Malti
Mistoqsija Parlamentari - P-001449/2019(ASW)Mistoqsija Parlamentari
P-001449/2019(ASW)

Tweġiba mogħtija mill-Viċi President Katainen f'isem il-Kummissjoni Ewropea

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2158 li jistabbilixxi miżuri ta’ mitigazzjoni u livelli ta’ parametri referenzjarji għat-tnaqqis tal-preżenza tal-akrilammid fl-ikel[1] huwa applikabbli minn April 2018.

Ir-Regolament jipprevedi l-applikazzjoni obbligatorja ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni mill-operaturi tan-negozji tal-ikel kollha kkonċernati biex titnaqqas il-preżenza tal-akrilammid f’ċertu ikel għall-aktar livell baxx li jista’ raġonevolment jintlaħaq. Il-miżuri ta’ mitigazzjoni li jridu jiġu applikati jqisu d-daqs u n-natura tal-istabbiliment.

L-operaturi tan-negozji tal-ikel huma obbligati li jissorveljaw l-effettività tal-miżuri ta’ mitigazzjoni permezz tal-kampjunar u l-analiżi tal-produzzjoni tagħhom, li juru li l-livelli tal-akrilammid ikunu taħt il-livelli tal-parametri referenzjarji stabbiliti.

L-Istati Membri huma meħtieġa li jwettqu kontrolli uffiċjali regolarment biex jiżguraw li jkun hemm konformità mar-Regolament, b’mod partikolari biex jiżguraw li l-operaturi tan-negozji tal-ikel ikunu qed japplikaw il-miżuri ta’ mitigazzjoni.

B’mod komplimentari għall-miżuri previsti fir-Regolament (UE) 2017/2158, il-livelli massimi ta’ akrilammid f’ċertu ikel qed jiġu diskussi attwalment mal-Istati Membri.

Aġġornata l-aħħar: 13 ta' Mejju 2019
Avviż legali - Politika tal-privatezza