Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

Mistoqsijiet parlamentari
PDF 49kWORD 9k
23 ta' Jannar 2020
P-000376/2020
Mistoqsija prijoritarja għal tweġiba bil-miktub
lill-Kummissjoni
Artikolu 138 tar-Regoli ta’ Proċedura
Pascal Arimont, Mick Wallace, Grace O'Sullivan, Rory Palmer, Tomislav Sokol, Frances Fitzgerald, Jarosław Duda, Jerzy Buzek, Cindy Franssen, Jeroen Lenaers, Sirpa Pietikäinen, Tilly Metz, Frédérique Ries, Miriam Dalli, Joanna Kopcińska, Jadwiga Wiśniewska, Ewa Kopacz
 Tweġiba bil-miktub 
 Tweġiba bil-miktub 
 Tweġiba bil-miktub 
 Suġġett: L-iżvilupp ta’ strateġija unifikata tal-UE dwar is-saħħa tal-moħħ

Fl-Ewropa, wieħed minn kull tliet persuni jesperjenza disfunzjoni tal-moħħ, bi spejjeż annwali ta’ EUR 800 biljun – aktar mill-oqsma l-oħra prinċipali kollha tal-mard flimkien. Bħala grupp ta’ mard, dan jikkostitwixxi l-akbar piż fost il-mard li ma jitteħidx (NCDs) fl-Ewropa. Id-disfunzjonijiet newroloġiċi huma l-akbar kawża ta’ diżabbiltà fid-dinja u t-tieni kawża tal-mewt.

Id-disfunzjonijiet mentali u newroloġiċi ġew miżjuda bħala l-"Ħames NCD" fil-laqgħa tan-NU tal-2018 dwar l-NCDs.

Wara din iż-żieda, x’passi ħadet il-Kummissjoni biex tintegra aħjar is-saħħa newroloġika fix-xogħol tagħha dwar il-mard li ma jitteħidx?

B’rispons għal din l-evidenza, il-Kummissjoni se tikkunsidra li tagħti prijorità akbar lis-saħħa newroloġija u tiżviluppa strateġija unifikata tal-UE dwar is-saħħa tal-moħħ?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: FI
Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza