Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

Mistoqsijiet parlamentari
PDF 53kWORD 10k
20 ta' April 2020
P-002369/2020
Mistoqsija prijoritarja għal tweġiba bil-miktub
lill-Kummissjoni
Artikolu 138 tar-Regoli ta’ Proċedura
Pascal Durand, Rasmus Andresen, Marc Angel, Gabriele Bischoff, Damian Boeselager, Sylvie Brunet, Delara Burkhardt, Reinhard Bütikofer, Pascal Canfin, Anna Cavazzini, Catherine Chabaud, Katalin Cseh, Gwendoline Delbos-Corfield, Anna Júlia Donáth, Laurence Farreng, Daniel Freund, Alexis Georgoulis, Dino Giarrusso, Raphaël Glucksmann, Charles Goerens, Sandro Gozi, Christophe Grudler, Claude Gruffat, José Gusmão, Sophia in 't Veld, Irena Joveva, Pierre Karleskind, Fabienne Keller, Pierre Larrouturou, Nathalie Loiseau, Marisa Matias, Tilly Metz, Maria Noichl, Dimitrios Papadimoulis, Evelyn Regner, Dominique Riquet, Alfred Sant, Irène Tolleret, Véronique Trillet-Lenoir, Ernest Urtasun, Viktor Uspaskich, Marie-Pierre Vedrenne, Salima Yenbou, Stéphanie Yon-Courtin, Chrysoula Zacharopoulou, Daniela Rondinelli, Helmut Geuking, Damien Carême, Karima Delli, Caroline Roose, Mounir Satouri, Marie Toussaint, Clotilde Armand, Malin Björk, Robert Biedroń, Eric Andrieu, Bernard Guetta, Andreas Schieder, Sylvie Guillaume, Milan Brglez, Nora Mebarek, Josianne Cutajar
 Tweġiba bil-miktub 
 Tweġiba bil-miktub 
 Tweġiba bil-miktub 
 Tweġiba bil-miktub 
 Tweġiba bil-miktub 
 Tweġiba bil-miktub 
 Tweġiba bil-miktub 
 Tweġiba bil-miktub 
 Suġġett: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti kuntratt lil BlackRock biex tissorvelja l-iżvilupp ta' fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza (ESG) fis-settur bankarju u fil-politiki ta' investiment korporattiv tal-UE.

Fit-8 ta' April 2020, il-Kummissjoni tat kuntratt lil BlackRoll biex tissorvelja l-iżvilupp ta' linji gwida dwar is-sostenibbiltà ambjentali għas-settur bankarju u l-politiki ta' investiment korporattiv tal-UE.

Blackrock hija maniġer globali ewlieni tal-investiment għas-settur bankarju u s-settur tal-produzzjoni tal-enerġija bbażat fuq il-karbonju, u l-assi tagħha attwalment huma stmati li jammontaw għal USD 87.3 biljun. Hija opponiet b'mod regolari l-pjanijiet tal-Kummissjoni li tikkunsidra l-impatt tal-kumpaniji fuq l-ambjent u t-tibdil fil-klima. Huwa probabbli li din se tkun qed timmaniġġja l-assi marbuta mal-irkupru ta' wara l-COVID.

Din l-aġġudikazzjoni qed tiġi wara li l-Istati Uniti għażlu lil BlackRock biex tagħti pariri dwar ix-xiri ta' bonds u ta' titoli ta' dejn. Fi żmien ta' kriżi, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tqajjem tħassib serju rigward ir-rieda tagħha li tqis qabel kollox is-sovranità tal-UE. B'riżultat ta' dan, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li terġa' tiftaħ is-sejħa għal offerti msemmija hawn fuq.

Il-Kummissjoni, hija konxja li d-deċiżjoni tagħha li tagħti kuntratt lil BlackRock:

1. twassal għal kunflitt ta' interess minħabba li l-kumpanija se tkun qed tiddefinixxi linji gwida speċifiċi għas-settur li hija stess trid tikkonforma magħhom?

2. tagħti lil kumpanija Amerikana marġni ta' manuvrar sinifikanti biex tinfluwenza l-liġijiet tal-UE?

3. tipperikola l-implimentazzjoni ġusta tal-Patt Ekoloġiku fis-settur finanzjarju?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 23 ta' April 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza