2. L-istabbiliment tal-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna u l-għoti ta’ assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna u li jipprovdi assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna [COM(2024)0426 - C10-0106/2024 - 2024/0234(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Karin Karlsbro (A10-0006/2024)
Karin Karlsbro ppreżentat ir-rapport.
Interventi ta': Janusz Lewandowski (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat BUDG) u Didier Reynders (membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Sandra Kalniete f'isem il-Grupp PPE, Brando Benifei f'isem il-Grupp S&D, Thierry Mariani f'isem il-Grupp PfE, Rihards Kols f'isem il-Grupp ECR, Marie-Pierre Vedrenne f'isem il-Grupp Renew, Markéta Gregorová f'isem il-Grupp Verts/ALE, Manon Aubry, f'isem il-Grupp The Left, Milan Uhrík f'isem il-Grupp ESN, Jörgen Warborn, Bernd Lange, Tomasz Buczek, Michał Dworczyk, Lucia Yar, Damian Boeselager, li wkoll wieġeb mistoqsija "karta blu" ta' András László, Hans Neuhoff, Fabio De Masi, Siegfried Mureşan, Christel Schaldemose, Petra Steger, Johan Van Overtveldt, Dan Barna, Rada Laykova, , li wkoll wieġeb il-mistoqsijiet "karta blu" ta' Davor Ivo Stier u Rihards Kols, Ľuboš Blaha, li wkoll wieġeb il-mistoqsijiet "karta blu" ta' Maria Grapini u Vytenis Povilas Andriukaitis, Juan Ignacio Zoido Álvarez, Heléne Fritzon, li wkoll wieġeb mistoqsija "karta blu" ta' Dick Erixon, Lukas Sieper, dwar l-imġiba ta' ċerti Membri waqt id-dibattitu (il-President iċċara xi punti), Angéline Furet, Alberico Gambino, Ivars Ijabs, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Raphaël Glucksmann, Aurelijus Veryga, Eugen Tomac, Pekka Toveri, Javier Moreno Sánchez, Sebastian Tynkkynen, Paulius Saudargas, Francisco Assis, Michał Szczerba, Evin Incir, Inese Vaidere, Riho Terras, Wouter Beke u Željana Zovko.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Hélder Sousa Silva, Jean-Marc Germain, Dainius Žalimas, Siegbert Frank Droese, Grzegorz Braun, Matej Tonin u Lukas Sieper.
3. Il-ħtieġa urġenti ta’ waqfien mill-ġlied fil-Libanu u li tissaħħaħ il-missjoni tal-UNIFIL fid-dawl tal-attakki reċenti (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Il-ħtieġa urġenti ta’ waqfien mill-ġlied fil-Libanu u li tissaħħaħ il-missjoni tal-UNIFIL fid-dawl tal-attakki reċenti (2024/2889(RSP))
Janez Lenarčič (membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.
Interventi ta': Nicolás Pascual de la Parte f'isem il-Grupp PPE, Yannis Maniatis f'isem il-Grupp S&D, Jordan Bardella f'isem il-Grupp PfE, Carlo Fidanza f'isem il-Grupp ECR, Christophe Grudler f'isem il-Grupp Renew, Leoluca Orlando f'isem il-Grupp Verts/ALE, Lynn Boylan, f'isem il-Grupp The Left, Tomasz Froelich f'isem il-Grupp ESN, Laurent Castillo, Nicola Zingaretti, Sebastiaan Stöteler, Bert-Jan Ruissen, Hilde Vautmans, Hannah Neumann, Danilo Della Valle, Salvatore De Meo, Evin Incir, Sebastian Tynkkynen dwar il-Kodiċi ta' Kondotta tal-Membri (il-President ħadet nota), Hermann Tertsch, Giovanni Crosetto, Billy Kelleher, Mounir Satouri, Irene Montero (qabel l-intervent tagħha, il-President fakkritha fid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10 tar-Regoli ta' Proċedura), Malika Sorel, biex titlob li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10 tar-Regoli ta' Proċedura jkunu strettament osservati (il-President qablet), Željana Zovko, Leire Pajín, Ondřej Knotek, , li wkoll wieġeb mistoqsija "karta blu" ta' Evin Incir, Jaak Madison, , li wkoll wieġeb mistoqsija "karta blu" ta' Barry Andrews, Irena Joveva, Jaume Asens Llodrà, Luke Ming Flanagan, Alice Teodorescu Måwe, Matjaž Nemec, György Hölvényi, Barry Andrews, , li wkoll wieġeb mistoqsija "karta blu" ta' Luke Ming Flanagan, Estrella Galán, Davor Ivo Stier, Marta Temido, Seán Kelly, Aodhán Ó Ríordáin, Lukas Mandl u Nacho Sánchez Amor.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Maria Grapini, Geadis Geadi, Ciaran Mullooly, Ana Miranda Paz, João Oliveira u Ondřej Dostál.
Intervent ta': Janez Lenarčič.
Id-dibattitu ngħalaq.
(Is-seduta ġiet sospiża għal ftit.)
PRESIDENZA: Roberta METSOLA President
4. Tkomplija tas-seduta
Ħin li fih tkompliet is-seduta: 12.04.
5. Merħba
Il-President, f'isem il-Parlament, tat merħba lill-membri tad-delegazzjoni tas-Sindki Ewropej li attendew is-Summit Ewropej tas-Sindki, li ħadu posthom fil-gallarija uffiċjali.
6. Talba għat-tneħħija tal-immunità
L-awtoritajiet kompetenti Ungeriżi ressqu lill-President talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Ilaria Salis fl-ambitu ta' proċedimenti ġudizzjarji fl-Ungerija.
Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regoli ta' Proċedura, din it-talba ġiet irriferuta lill-kumitat responsabbli, jiġifieri lill-Kumitat JURI.
7. Talba għal deċiżjoni urġenti (Artikolu 170 tar-Regoli ta’ Proċedura)
Il-President ħabbret li rċeviet talba sabiex tittieħed deċiżjoni b’mod urġenti (l-Artikolu 170(6) tar-Regoli ta' Proċedura) min-naħa tal-Kumitat ENVI dwar il-fajl leġiżlattiv li ġej:
Ir-Regolament dwar id-deforestazzjoni: dispożizzjonijiet relatati mad-data tal-applikazzjoni ***I [COM(2024)0452 - C10-0119/2024 - 2024/0249(COD)]
Il-votazzjoni fuq din it-talba se ssir l-Erbgħa, 23 ta' Ottubru 2024.
F'każ li tiġi approvata, il-votazzjoni tiġi inkluża fl-aġenda tas-sessjoni parzjali ta' Novembru I.
8. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Kunsill (Artikolu 73 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-kumitat kompetenti ddeċieda li jidħol f’negozjati interistituzzjonali skont l-Artikolu 73 tar-Regoli ta’ Proċedura.
kumitat ENVI – Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart (COM(2023)0420 – C9-0233/2023 – 2023/0234(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P9_TA(2024)0145
kumitat ENVI – Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Monitoraġġ u r-Reżiljenza tal-Ħamrija (il-Liġi dwar il-Monitoraġġ tal-Ħamrija) (COM(2023)0416 – C9-0234/2023 – 2023/0232(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P9_TA(2024)0204
Dawn il-pożizzjonijiet tal-Parlament fl-ewwel qari kkostitwew il-mandat tan-negozjati.
9. Ħin tal-votazzjonijiet
Għar-riżultati dettaljati tal-votazzjonijiet ara wkoll ir-"Riżultati tal-Votazzjonijiet" u r-"Riżultati tal-Votazzjonijiet b'Sejħa tal-Ismijiet".
9.1. L-istabbiliment tal-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna u l-għoti ta’ assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna u li jipprovdi assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna [COM(2024)0426 - C10-0106/2024 - 2024/0234(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Karin Karlsbro (A10-0006/2024)
9.2. L-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (Riformulazzjoni) ***II (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (Riformulazzjoni) [08311/1/2024 - C10-0114/2024 - 2013/0186(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteurs: Jens Gieseke u Johan Danielsson (A10-0010/2024)
Il-President informa li ebda proposta għaċ-ċaħda tal-pożizzjoni tal-Kunsill, u ebda emenda għal dik il-pożizzjoni ma tressqu skont l-Artikoli 68 u 69 tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-pożizzjoni tal-Kunsill b'hekk titqies approvata.
9.3. Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2 għall-baġit ġenerali 2024 – Id-dħul tal-bilanċ favorevoli tas-sena finanzjarja 2023 (votazzjoni)
Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2024 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024 – Id-dħul tal-bilanċ favorevoli tas-sena finanzjarja 2023 [12081/2024 - C10-0107/2024 - 2024/0089(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Siegfried Mureşan (A10-0005/2024)
Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2 għall-baġit ġenerali 2024 b'hekk ġiet approvata.
Il-baġit emendatorju Nru 2 għall-baġit ġenerali 2024 ġie adottat definittivament.
Riżultati tal-votazzjonijiet iddettaljati
9.4. Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4 għall-baġit ġenerali 2024 – aġġornament tad-dħul (riżorsi proprji) u aġġustamenti għal xi aġenziji deċentralizzati (votazzjoni)
Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2024 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024 – aġġornament tad-dħul (riżorsi proprji) u aġġustamenti għal xi aġenziji deċentralizzati [13195/2024 - C10-0109/2024 - 2024/0185(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Siegfried Mureşan (A10-0007/2024)
Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4 għall-baġit ġenerali 2024 b'hekk ġiet approvata.
Il-baġit emendatorju Nru 4 għall-baġit ġenerali 2024 ġie adottat definittivament.
Riżultati tal-votazzjonijiet iddettaljati
9.5. Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2024/001 BE/Match-Smatch (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (applikazzjoni mill-Belġju – EGF/2024/001 BE/Match-Smatch) [COM(2024)0275 - C10-0101/2024 - 2024/0226(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Michalis Hadjipantela (A10-0009/2024)
9.6. Kwittanza 2022: Il-baġit ġenerali tal-UE – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (votazzjoni)
It-tieni rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill [COM(2023)0391 - C9-0250/2023 - 2023/2131(DEC)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Jonas Sjöstedt (A10-0003/2024)
11. Baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2025 – it-taqsimiet kollha (dibattitu)
Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2025 [12084/2024 - C10-0099/2024 - 2024/0176(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteurs: Victor Negrescu u Niclas Herbst (A10-0008/2024)
Victor Negrescu u Niclas Herbst ippreżentaw ir-rapport.
Interventi ta': Péter Benő Banai (President fil-kariga tal-Kunsill) u Johannes Hahn (membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Hilde Vautmans (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFET), Charles Goerens (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat DEVE), José Cepeda (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CONT), Antonio Decaro (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ENVI), Anna Cavazzini (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO), Daniel Buda (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AGRI), Carmen Crespo Díaz (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat PECH), Nela Riehl (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CULT), Sven Simon (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFCO), Lina Gálvez (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat FEMM) u Gheorghe Falcă (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat TRAN).
Interventi ta': Andrzej Halicki f'isem il-Grupp PPE, Jean-Marc Germain f'isem il-Grupp S&D, Tamás Deutsch f'isem il-Grupp PfE, Bogdan Rzońca f'isem il-Grupp ECR, Fabienne Keller f'isem il-Grupp Renew, Rasmus Andresen f'isem il-Grupp Verts/ALE, João Oliveira, f'isem il-Grupp The Left, Isabel Benjumea Benjumea, Nils Ušakovs, Julien Sanchez, Ruggero Razza, Lucia Yar, Kai Tegethoff, Pasquale Tridico, Marcin Sypniewski, Thomas Geisel, Danuše Nerudová, Giuseppe Lupo, Tomasz Buczek, Dick Erixon, Olivier Chastel, Rasmus Nordqvist, Rudi Kennes u Monika Hohlmeier.
PRESIDENZA: Antonella SBERNA Viċi President
Interventi ta': Carla Tavares, António Tânger Corrêa, Beata Szydło, Joachim Streit, Maria Ohisalo, Estrella Galán, Hélder Sousa Silva, Matjaž Nemec, Angéline Furet, Gheorghe Piperea, Stine Bosse, Janusz Lewandowski, Elio Di Rupo, Nicolas Bay, Moritz Körner, Georgios Aftias, Evin Incir, , li wkoll wieġeb mistoqsija "karta blu" ta' Moritz Körner, Patryk Jaki, Anouk Van Brug, Kinga Kollár, Marcos Ros Sempere, Michalis Hadjipantela, Nicola Zingaretti, Jüri Ratas, Vytenis Povilas Andriukaitis, Salvatore De Meo u Tomáš Zdechovský.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Anna Stürgkh, Marc Botenga u Lukas Sieper.
Interventi ta': Wopke Hoekstra (membru tal-Kummissjoni), Péter Benő Banai, Victor Negrescu u Niclas Herbst.
12. Il-protezzjoni tal-ġurnalisti Ewropej li jirrapportaw dwar il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Il-protezzjoni tal-ġurnalisti Ewropej li jirrapportaw dwar il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna (2024/2895(RSP))
Wopke Hoekstra (membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.
Interventi ta': Isabel Wiseler-Lima f'isem il-Grupp PPE, Sandro Ruotolo f'isem il-Grupp S&D, Juan Carlos Girauta Vidal f'isem il-Grupp PfE, Małgorzata Gosiewska f'isem il-Grupp ECR, Helmut Brandstätter f'isem il-Grupp Renew (il-President fakkret lill-kelliem fid-dispożizzjonijiet tar-regoli ta' kondotta), Ville Niinistö f'isem il-Grupp Verts/ALE, Giorgos Georgiou, f'isem il-Grupp The Left, u Petar Volgin f'isem il-Grupp ESN.
Intervent ta': Wopke Hoekstra.
Id-dibattitu ngħalaq.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 14.49.)
PRESIDENZA: Pina PICIERNO Viċi President
13. Tkomplija tas-seduta
Ħin li fih tkompliet is-seduta: 15.03.
14. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.
15. Ħin għall-mistoqsijiet lill-Kummissarji - Is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fl-Ewropa: kif nipprevjenu kriżijiet sanitarji futuri fl-agrikoltura u kif inħejju ruħna għalihom
Il-President fakkret fil-qosor fil-modalitajiet ta' żvolġiment tal-ħin għall-mistoqsijiet lill-Kummissarji.
Ľuboš Blaha, lura għall-punt “Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti”, intervjena dwar fatt personali li jikkonċerna affermazzjonijiet magħmula fil-ftuħ tas-seduta tal-ġurnata ta' qabel minn Petras Auštrevičius (punt 9 tal-minuti tad-data 21.10.2024).
Stella Kyriakides (membru tal-Kummissjoni) wieġbet il-mistoqsijiet li sarulha mill-Membri: Sunčana Glavak, Dario Nardella, Csaba Dömötör, Carlo Fidanza, Hilde Vautmans, Tilly Metz, Anja Hazekamp, Herbert Dorfmann, Christophe Clergeau, Manuela Ripa, Cristina Maestre, Mireia Borrás Pabón, Jessika Van Leeuwen, Eric Sargiacomo, Jadwiga Wiśniewska, Borja Giménez Larraz, Michal Wiezik u Carmen Crespo Díaz.
(Tkomplija tal-punt: punt 17 tal-Minuti tat-22.10.2024)
(Is-seduta ġiet sospiża fl-16.26 għal raġunijiet tekniċi.)
16. Tkomplija tas-seduta
Ħin li fih tkompliet is-seduta: 17.01.
17. Ħin għall-mistoqsijiet lill-Kummissarji - Is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fl-Ewropa: kif nipprevjenu kriżijiet sanitarji futuri fl-agrikoltura u kif inħejju ruħna għalihom (segwitu)
(Bidu tal-punt: punt 15 tal-Minuti tat-22.10.2024)
Stella Kyriakides (membru tal-Kummissjoni) wieġbet il-mistoqsijiet li sarulha mill-Membri: Carmen Crespo Díaz u Valérie Deloge.
Il-ħin għall-mistoqsijiet ingħalaq.
PRESIDENZA: Victor NEGRESCU Viċi President
18. Linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri * (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri [COM(2024)0599 - C10-0084/2024 - 2024/0599(NLE)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Li Andersson (A10-0004/2024)
Li Andersson ippreżentat ir-rapport.
Intervent ta': Nicolas Schmit (membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Giusi Princi f'isem il-Grupp PPE, Klára Dobrev f'isem il-Grupp S&D, Nikola Bartůšek f'isem il-Grupp PfE, Chiara Gemma f'isem il-Grupp ECR, Jana Toom f'isem il-Grupp Renew, Maria Ohisalo f'isem il-Grupp Verts/ALE, Rudi Kennes, f'isem il-Grupp The Left, Sarah Knafo f'isem il-Grupp ESN (il-President fakkar lill-kelliema fid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10 tar-Regoli ta' Proċedura), Maravillas Abadía Jover, Estelle Ceulemans, Mélanie Disdier, , li wkoll ma aċċettax mistoqsija "karta blu" ta' Anthony Smith, Marlena Maląg, Hristo Petrov, Estrella Galán, Jan-Peter Warnke, Sérgio Humberto, Idoia Mendia, Juan Carlos Girauta Vidal, Francesco Torselli, Catarina Martins, Maria Zacharia, Henrik Dahl, Romana Jerković, Pál Szekeres, Kathleen Funchion, Lefteris Nikolaou-Alavanos, András Tivadar Kulja, Johan Danielsson u Marie Dauchy.
PRESIDENZA: Younous OMARJEE Viċi President
Interventi ta': Isabelle Le Callennec, Marit Maij, Angelika Winzig, Niels Geuking u Sunčana Glavak.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': João Oliveira, Branislav Ondruš u Lukas Sieper.
Billi ma saret l-ebda talba għal votazzjoni skont l-Artikolu 251(4) tar-Regoli ta' Proċedura, din ir-rettifika titqies approvata.
20. Is-sitwazzjoni fl-Ażerbajġan, il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt internazzjonali u r-relazzjonijiet mal-Armenja (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Is-sitwazzjoni fl-Ażerbajġan, il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt internazzjonali u r-relazzjonijiet mal-Armenja (2024/2890(RSP))
Nicolas Schmit (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.
Interventi ta': François-Xavier Bellamy f'isem il-Grupp PPE, Yannis Maniatis f'isem il-Grupp S&D, Jordan Bardella f'isem il-Grupp PfE, Şerban Dimitrie Sturdza f'isem il-Grupp ECR, Nathalie Loiseau f'isem il-Grupp Renew, Sergey Lagodinsky f'isem il-Grupp Verts/ALE, Giorgos Georgiou, f'isem il-Grupp The Left, Alexander Sell f'isem il-Grupp ESN, Rasa Juknevičienė, Nacho Sánchez Amor, Pierre-Romain Thionnet, Małgorzata Gosiewska, Helmut Brandstätter, Marie Toussaint, Pernando Barrena Arza, Massimiliano Salini, Raphaël Glucksmann, Marion Maréchal, Silvia Sardone, Petras Auštrevičius, Catarina Vieira, Reinhold Lopatka, Alessandra Moretti, Geadis Geadi, Michael McNamara, Lena Schilling, Davor Ivo Stier, Costas Mavrides, Bert-Jan Ruissen, Emma Wiesner, Michael Bloss, Loucas Fourlas u Miriam Lexmann.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Juan Fernando López Aguilar, Lukas Sieper u Grzegorz Braun.
Intervent ta': Nicolas Schmit.
Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Maria Zacharia.
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 136(2) tar-Regoli ta' Proċedura: punt I tal-minuti tad-data 24.10.2024.
21. L-interpretazzjoni ħażina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tar-Riżoluzzjoni 2758 tan-NU u l-provokazzjonijiet militari kontinwi tagħha madwar it-Tajwan (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: L-interpretazzjoni ħażina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tar-Riżoluzzjoni 2758 tan-NU u l-provokazzjonijiet militari kontinwi tagħha madwar it-Tajwan (2024/2891(RSP))
Nicolas Schmit (membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.
PRESIDENZA: Sabine VERHEYEN Viċi President
Interventi ta': Michael Gahler f'isem il-Grupp PPE, Francisco Assis f'isem il-Grupp S&D, António Tânger Corrêa f'isem il-Grupp PfE, Mariusz Kamiński f'isem il-Grupp ECR, Engin Eroglu f'isem il-Grupp Renew, Erik Marquardt f'isem il-Grupp Verts/ALE, Danilo Della Valle, f'isem il-Grupp The Left, Hans Neuhoff f'isem il-Grupp ESN, Miriam Lexmann, Hannes Heide, Hermann Tertsch, Bernard Guetta, Merja Kyllönen, Stanislav Stoyanov, Ruth Firmenich, Sebastião Bugalho, Svenja Hahn, Davor Ivo Stier u Dainius Žalimas.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Niels Geuking, Juan Fernando López Aguilar, Sebastian Tynkkynen, Marc Botenga u Grzegorz Braun.
Intervent ta': Nicolas Schmit.
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 136(2) tar-Regoli ta' Proċedura: punt I tal-minuti tad-data 24.10.2024.
Helena Dalli (membru tal-Kummissjoni) għamlet id-dikjarazzjoni
Interventi ta': Javier Zarzalejos f'isem il-Grupp PPE, Ana Catarina Mendes f'isem il-Grupp S&D, António Tânger Corrêa f'isem il-Grupp PfE, Charlie Weimers f'isem il-Grupp ECR, Petras Auštrevičius f'isem il-Grupp Renew, Hannah Neumann f'isem il-Grupp Verts/ALE, Merja Kyllönen, f'isem il-Grupp The Left, Lena Düpont, Evin Incir, Juan Carlos Girauta Vidal, Adam Bielan, Alice Teodorescu Måwe, Hana Jalloul Muro, Jaroslav Bžoch, Bert-Jan Ruissen, Henrik Dahl, Francisco Assis, Anna Maria Cisint, Kristoffer Storm, Michał Szczerba, Daniel Attard, Marieke Ehlers, Carlo Ciccioli, Lukas Mandl, Tonino Picula, Dominik Tarczyński, Antonio López-Istúriz White, Brando Benifei, Ana Miguel Pedro u Nicolás Pascual de la Parte.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Niels Geuking, Juan Fernando López Aguilar, Silvia Sardone, Sebastian Tynkkynen, Tiago Moreira de Sá, Geadis Geadi, Tomáš Zdechovský u Grzegorz Braun.
Helena Dalli (membru tal-Kummissjoni) għamlet id-dikjarazzjoni.
Interventi ta': Francisco José Millán Mon f'isem il-Grupp PPE, Nikos Papandreou f'isem il-Grupp S&D, António Tânger Corrêa f'isem il-Grupp PfE, Alberico Gambino f'isem il-Grupp ECR, Jan-Christoph Oetjen f'isem il-Grupp Renew, Mounir Satouri f'isem il-Grupp Verts/ALE, Mimmo Lucano, f'isem il-Grupp The Left, Tomasz Froelich f'isem il-Grupp ESN, Davor Ivo Stier, Leoluca Orlando, Hana Jalloul Muro u Marco Tarquinio.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Giorgio Gori, Sebastian Tynkkynen u Tineke Strik.
Intervent ta': Helena Dalli.
Id-dibattitu ngħalaq.
24. Spjegazzjonijiet tal-vot
Spjegazzjonijiet tal-vot bil-miktub
L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 201 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fil-paġni tal-Membri fis-sit tal-internet tal-Parlament.
Spjegazzjonijiet tal-vot orali
24.1. L-istabbiliment tal-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna u l-għoti ta’ assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna (A10-0006/2024 – Karin Karlsbro)
Intervent ta':Sebastian Tynkkynen.
25. L-aġenda tas-seduta li jmiss
Is-seduta li jmiss se ssir għada, l-Erbgħa u tibda fil-ħin 09.00. L-aġenda hija disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.
26. Approvazzjoni tal-minuti tas-seduta li għaddejja
Skont l-Artikolu 208(3) tar-Regoli ta' Proċedura, il-minuti tas-seduta li għaddejja se jitressqu għall-approvazzjoni tal-Parlament fil-bidu tal-parti ta' waranofsinhar tas-sessjoni parzjali li jmiss.