2. Ir-repressjoni sistematika tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, b’mod partikolari l-każijiet ta’ Pakhshan Azizi u Wrisha Moradi, u t-teħid ta’ ċittadini tal-UE bħala ostaġġi
“Jemmen li t-tentattivi tar-Russja li tirrappreżenta ħażin, tirrevedi u tgħawweġ l-istorja tal-Ukrajna jimminaw il-memorja kollettiva u l-identità tal-Ewropa kollha kemm hi u jirrappreżentaw theddida għall-verità storika, il-valuri demokratiċi u l-paċi fl-Ewropa; jappella lill-Istati Membri, għaldaqstant, biex jinvestu aktar fl-edukazzjoni u fir-riċerka dwar l-istorja komuni tal-Ewropa u t-tifkira Ewropea, u sabiex jappoġġjaw proġetti li jippromwovu fehim aħjar tal-impatt tad-diviżjoni tal-Ewropa matul il-Gwerra Bierda; jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-bini ta’ mafkar pan-Ewropew fi Brussell għall-vittmi tar-reġimi totalitarji tas-seklu 20;”
it-tieni parti
“jiddispjaċih dwar l-użu kontinwu ta’ simboli ta’ reġimi totalitarji fi spazji pubbliċi u jitlob projbizzjoni fl-UE kollha fuq l-użu tas-simboli kemm Nażisti u kemm komunisti Sovjetiċi, kif ukoll fuq is-simboli tal-aggressjoni tar-Russja li għaddejja bħalissa kontra l-Ukrajna;”
ECR:
§ 10
l-ewwel parti
“Jesprimi tħassib serju dwar l-avviżi reċenti mit-tmexxija tal-kumpaniji tal-media soċjali rigward l-illaxkar tar-regoli tagħhom”
it-tieni parti
“dwar il-verifika tal-fatti”
it-tielet parti
“u l-moderazzjoni”
ir-raba’ parti
“u kif dan se jkompli jippermetti l-kampanja ta’ diżinformazzjoni tar-Russja madwar id-dinja;”
il-ħames parti
“jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinfurzaw b’mod strett l-Att dwar is-Servizzi Diġitali”
is-sitt parti
“b’reazzjoni għal dawn l-avviżi minn Meta u aktar kmieni minn X”
is-seba’ parti
“inkluż bħala parti importanti mill-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni Russa;”
5. Is-sitwazzjoni fil-Venezwela wara l-użurpazzjoni tal-presidenza fl-10 ta’ Jannar 2025
“Ifakkar li abbażi tar-rekords elettorali ppreżentati mill-oppożizzjoni demokratika għar-reġim u kif iddikjarat mill-organizzazzjonijiet internazzjonali indipendenti preżenti fl-elezzjonijiet tat-28 ta’ Lulju 2024, jiġifieri l-missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Carter Center, il-Parlament irrikonoxxa lil Edmundo González Urrutia bħala r-rebbieħ leġittimu tal-elezzjonijiet presidenzjali”
it-tieni parti
“rebħa rikonoxxuta mill-UE u l-Istati Membri tagħha;”
§ 6
l-ewwel parti
it-test kollu minbarra l-kliem: “il-President elett”
it-tieni parti
dan il-kliem
premessa A
l-ewwel parti
it-test kollu minbarra l-kliem: “disponibbli pubblikament”
it-tieni parti
dan il-kliem
Verts/ALE, S&D:
§ 5
l-ewwel parti
“Jilqa’ d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli f’isem l-Istati Membri tal-UE li tirrikonoxxi r-rebħa ta’ Edmundo González Urrutia b’maġġoranza sinifikanti, u l-Parlament iqis li kellu jieħu l-ġurament presidenzjali fl-10 ta’ Jannar 2025;” minbarra l-kliem “f’isem l-Istati Membri”
it-tieni parti
“f’isem l-Istati Membri”
it-tielet parti
“jilqa’ wkoll l-impenn mill-UE biex tkompli tindirizza l-ħtiġijiet urġenti tal-poplu Venezwelan, li qed isofri l-konsegwenzi tal-kriżi umanitarja twila;”
premessa F
l-ewwel parti
“billi fid-19 ta’ Settembru 2024, il-Parlament irrikonoxxa lil Edmundo González Urrutia bħala l-President leġittimu u elett demokratikament tal-Venezwela, u lil María Corina Machado bħala l-mexxejja tal-forzi demokratiċi fil-Venezwela; billi stati demokratiċi oħra fir-reġjun u madwar id-dinja rrikonoxxew lil Edmundo González Urrutia bħala l-President elett; billi hu kellu jieħu l-ġurament tal-ħatra fl-10 ta’ Jannar 2025” ħlief il-kliem “fir-reġjun u madwar id-dinja”
it-tieni parti
“fir-reġjun u madwar id-dinja”
it-tielet parti
“billi fis-17 ta’ Diċembru 2024, il-Parlament Ewropew ta l-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2024 lil María Corina Machado bħala l-mexxejja tal-forzi demokratiċi fil-Venezwela, u lill-President elett Edmundo González Urrutia, li jirrappreżentaw lill-Venezwelani kollha fil-pajjiż u barra minnu li qegħdin jiġġieldu biex jerġgħu jiġu stabbilit l-libertà u d-demokrazija;”
Varji
L-emenda 7 ġiet irtirata.
6. Informazzjoni addizzjonali
Marion Maréchal appoġġjat il-mozzjoni għal riżoluzzjoni B10-0086/2025, B10-0093/2025, B10-0083/2025 u l-mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta RC-B10-0064/2025. Alexandr Vondra appoġġja wkoll il-mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta RC-B10-0074/2025.