- Qabel il-votazzjoni, Nicola Procaccini, f'isem il-Grupp ECR, biex jitlob li l-votazzjoni tiġi posposta, skont l-Artikolu 206(4) tar-Regoli ta' Proċedura. Il-Parlament irrifjuta din it-talba. - Michael Gahler, biex iressaq emenda orali bil-ħsieb li jiżdied paragrafu ġdid wara l-paragrafu 13. Il-Parlament aċċetta li jittieħed vot fuq l-emenda orali.