Il-Parlament eżamina numru ta' mistoqsijiet lill-Kummissjoni (B6-0001/2005).
L-ewwel parti
Interpellanza 26 ta' Jacky Henin: L-għejbien tal-kwoti fuq it-tessili.
Charlie McCreevy (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija.
Tkellem Jacky Henin
Interpellanza 27 ta' Robert Evans: Skjavitu' fl-industrija taċ-ċikkulata.
Charlie McCreevy wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Robert Evans u Malcolm Harbour.
Interpellanza 28 ta' Bogusław Sonik: Sospensjoni ta' l-esportazzjonijiet tal-prodotti ta' l-ikel mill-Istati Membri l-ġodda lejn ir-Russja.
Charlie McCreevy wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Bogusław Sonik.
It-tieni parti
Interpellanza 29 ta' Proinsias De Rossa: Servizzi fis-suq intern.
Charlie McCreevy wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Proinsias De Rossa, Malcolm Harbour u David Martin.
Interpellanza 30 ta' Brian Crowley: L-għanijiet ta' Lisbona.
Charlie McCreevy wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Brian Crowley, Gay Mitchell u Charlotte Cederschiöld.
Tkellem David Martin dwar il-kwistjoni ta' Charlotte Cederschiöld.
Il-mistoqsijiet minn 31 sa 33 se jingħataw tweġiba bil-miktub aktar 'il quddiem.
Interpellanza 34 ta' Luis Yañez-Barnuevo García: Programmi ta' edukazzjoni fl-Amerika Latina wara s-Summit tal-kapijiet ta' l-Istat u tal-Gvern f'Costa Rica.
Benita Ferrero-Waldner (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Luis Yañez-Barnuevo García.
Interpellanza 35 ta' Bart Staes: Il-koperazzjoni għall-Iżvilupp imħollija f'idejn ix-xorti?.
Benita Ferrero-Waldner wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Bart Staes.
Benita Ferrero-Waldner wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' David Martin.
Interpellanza 37 ta' Justas Vincas Paleckis: Politika ġdida ta' viċinat u Belarus.
Benita Ferrero-Waldner wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Justas Vincas Paleckis, Barbara Kudrycka u Janusz Onyszkiewicz.
L-interpellanzi 39 u 40 ma sarux, peress illi kienu jitrattaw suġġett li kien diġa' fuq l-aġenda ta'din is-seduta.
L-interpellanzi 38 u 41 kellhom jingħataw tweġiba bil-miktub aktar 'il quddiem.
Interpellanza 42 ta' Dimitrios Papadimoulis: It-'tapping' tat-telefons mingħajr ordni tal-qorti.
Franco Frattini (Viċi President tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Dimitrios Papadimoulis, Manolis Mavrommatis u David Martin.
Interpellanza 43 ta' Claude Moraes: Rapport annwali tal-Kummissjoni dwar il-migrazzjoni .
Franco Frattini wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Claude Moraes u Joseph Muscat.
Interpellanza 44 ta' Ignasi Guardans Cambó: Terroriżmu.
Franco Frattini wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Ignasi Guardans Cambó.
Interpellanza 45 ta' Bill Newton Dunn: Rappurtaġġ ta' delitti u ġbir ta' statistiċi dwar il-kriminalita' fl-Unjoni.
Franco Frattini wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Bill Newton Dunn.
Tkellem Luciana Sbarbati dwar kif jitmexxa l-ħin ta' l-interpellanzi.
Il-mistoqsijiet minn 46 sa 76 se jingħataw tweġiba bil-miktub aktar 'il quddiem.
Il-ħin tal-mistoqsijiet imħolli għall-Kummissjoni ntemm.