Indiċi 
Minuti
PDF 185kWORD 91k
L-Erbgħa, 12 ta' Jannar 2005 - Strasburgu
1.Ftuħ tas-Seduta
 2.Programm tal-presidenza Lussemburgiża (dibattitu)
 3.Għajnuna ta' l-Unjoni Ewropea lill-vittmi tal-maremot fl-Asja (dibattitu)
 4.Ħin tal-votazzjonijiet
  
4.1.Responsabbilta` ċivili li tirriżulta mill-użu ta' vetturi bil-mutur ***II (votazzjoni)
  
4.2.Kostituzzjoni għall-Ewropa (votazzjoni)
 5.Spjegazzjonijiet tal-votazzjoni
 6.Korrezzjonijiet ta' voti
 7.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta ta' qabel
 8.Għajnuna ta' l-Unjoni Ewropea lill-vittmi tal-maremot fl-Asja (tkomplija tad-dibattitu)
 9.Relazzjonijiet transatlantiċi (dibattitu)
 10.Dejn tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw (dibattitu)
 11.Kompożizzjoni tal-Parlament
 12.Ħin ta' l-interpellanzi (Kunsill)
 13.Aġenda għas-seduta ta' wara
 14.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TA' L-ATTENDENZA


IPPRESIEDA Josep BORRELL FONTELLES
President

1. Ftuħ tas-Seduta

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 09.05.

Tkellmet Evelyne Gebhardt li, b'riferenza għall-Artikolu 28 tar-Regoli ta' Proċedura, staqsiet jekk huwiex veru li Membru ngħata r-reġistru ta' l-attendenza ta' Diċembru 2004 sabiex jieħu kopja tiegħu u, f'każ ta' risposta affermattiva, fuq liema bażi ġuridika dan sar (Il-President wieġeb li l-'Bureau' eżamina l-kwistjoni u li s-servizz legali qed jieħu ħsieb il-kwistjoni).


2. Programm tal-presidenza Lussemburgiża (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kunsill: Programm tal-presidenza Lussemburgiża

Jean-Claude Juncker (President tal-Kunsill) għamel dikjarazzjoni.

Tkellem José Manuel Barroso (President tal-Kummissjoni).

Tkellmu: Hans-Gert Poettering f'isem il-grupp PPE-DE, Robert Goebbels f'isem il-grupp PSE, Graham Watson f'isem il-grupp ALDE, Daniel Marc Cohn-Bendit f'isem il-grupp Verts/ALE, Kartika Tamara Liotard f'isem il-grupp GUE/NGL, Roger Knapman f'isem il-grupp IND/DEM, Roberta Angelilli f'isem il-grupp UEN, Hans-Peter Martin Membru mhux affiljat, Jean Spautz, Hannes Swoboda, Lena Ek, Claude Turmes, Miguel Portas, Jens-Peter Bonde, Adam Jerzy Bielan, Frank Vanhecke, Gerardo Galeote Quecedo, Harlem Désir, Lydie Polfer, Jillian Evans, Johannes Blokland, Irena Belohorská, Renato Brunetta, Bárbara Dührkop Dührkop, Ashley Mote, Ria Oomen-Ruijten, Gary Titley, Timothy Kirkhope, Aloyzas Sakalas, Jacek Emil Saryusz-Wolski, Jean-Claude Juncker u José Manuel Barroso.

Id-dibattitu ġie magħluq.


3. Għajnuna ta' l-Unjoni Ewropea lill-vittmi tal-maremot fl-Asja (dibattitu)

Dikjarazzjonjiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Konsegwenzi tad-diżastru Tsunami fis-
26 ta' Diċembru 2004

Jean Asselborn (President tal-Kunsill) u José Manuel Barroso (President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Tkellem Nirj Deva f'isem il-grupp PPE-DE.

IPPRESIEDA Antonios TRAKATELLIS
Viċi President

Tkellmu: Martin Schulz f'isem il-grupp PSE, Graham Watson f'isem il-grupp ALDE, Daniel Marc Cohn-Bendit f'isem il-grupp Verts/ALE, Vittorio Emanuele Agnoletto f'isem il-grupp GUE/NGL, Georgios Karatzaferis f'isem il-grupp IND/DEM, u Sebastiano (Nello) Musumeci f'isem il-grupp UEN.

Id-dibattitu ġie sospiż f'dak il-waqt għall-ħin tal-votazzjoni.

Kellu jerġa' jitkompla fi 15.00.


IPPRESIEDA Josep BORRELL FONTELLES
President

4. Ħin tal-votazzjonijiet

Dettalji tal-votazzjonijiet (emendi, voti separati u maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness 1 tal-Minuti.


4.1. Responsabbilta` ċivili li tirriżulta mill-użu ta' vetturi bil-mutur ***II (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill bil-ħsieb li tiġi adottata d-Direttiva tal-Parliament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/166/KEE, 84/5/KEE, 88/357/KEE and 90/232/KEE u Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assikurazzjoni għal responsabbilta` ċivili li tirriżulta mill-użu ta' vetturi bil-mutur [16182/2/2003 - C6-0112/2004 - 2002/0124(COD)] - Kumitat dwar is-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Manuel Medina Ortega (A6-0073/2004)

(Maġġoranza kwalifikata)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness 1, punt 1)

POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL

Dikjarata approvata kif emendata (P6_TA(2005)0003)

Dikjarazzjonijiet mibgħuta mill-Kummissjoni:

Trejlers

"Il-Kummissjoni hi ppreparata li teżamina l-problemi ta' assikurazzjoni speċifiċi li jikkonċernaw it-trejlers fil-kuntest tar-rapport li għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond l-Artikolu 6 tar-Raba' Direttiva dwar l-Assikurazzjoni tal-Vetturi (2000/26/KE), qabel l-20 ta' Lulju 2005."

Spejjeż legali

"Il-Kummisjoni hi tal-fehma li jkun vantaġġjuż għall-konsumaturi jekk ikun hemm żieda fl-opportunitajiet biex wieħed jikseb koperturi ta' assikurazzjoni għall-ispejjeż legali meħtieġa u xierqa wara li jkun seħħ inċident awtomobilistiku fl-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni se teżamina d-disponibbilita' attwali ta' kuntratti ta' assikurazzjoni volontarja għall-ispejjeż legali, kif ukoll l-effett ta' dawn il-koperturi ta' assikurazzjoni fuq ir-rati tal-primjum li jħallas l-assikurat fl-Istati Membri u se jippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mill-aktar fis possibbli."


4.2. Kostituzzjoni għall-Ewropa (votazzjoni)

Rapport dwar it-trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa [2004/2129(INI)] - Kumitat dwar l-Affarijiet Kostituzzjonali. Ko-Rapporteurs: Richard Corbett u Íñigo Méndez de Vigo (A6-0070/2004)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness 1, punt 2)

Xi Membri xejru 'posters' u kartelluni. Il-President talabhom biex jirtirawhom, u t-talba tiegħu ġiet milqugħa.

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Approvat (P6_TA(2005)0004)

Xi Membri reġgħu xejru l-kartelluni. Il-President, wara li talabhom għal xejn biex jirtirawhom, talab lill-purtieri sabiex jintervjenu biex jikkonfiskaw l-avviżi.

Tkellem Jean-Claude Juncker (President tal-Kunsill) u faħħar ir-riżultat tal-votazzjoni tal-Parlament.


IPPRESIEDA Gérard ONESTA
Viċi President

5. Spjegazzjonijiet tal-votazzjoni

Spjegazzjonijiet tal-votazzjoni bil-miktub:

L-ispjegazzjonijiet tal-votazzjoni li tressqu skond l-Artikolu 163(3) tar-Regoli ta' Proċedura jidhru fir-rapport verbatim ta' din is-seduta.

Spjegazzjonijiet tal-votazzjoni orali:

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari - Medina Ortega (A6-0073/2004)

- Carlo Fatuzzo

Rapport Corbett/Méndez de Vigo (A6-0070/2004)

- Carlo Fatuzzo, Frank Vanhecke, Gilles Savary, Eija-Riitta Korhola, Philip Claeys, Tobias Pflüger, Christoph Konrad, Albert Deß

°
° ° °

Tkellem Gerard Batten u talab li tinfetaħ inkjesta fir-rigward ta' inċident li seħħ waqt dimostrazzjoni (Il-President wieġeb li t-talba tiegħu se tintbagħat lill-korpi kompetenti).


6. Korrezzjonijiet ta' voti

Il-Membri li ġejjin ressqu korrezzjonijiet ta' voti:

Rapport Richard Corbett u Íñigo Méndez de Vigo (A6-0070/2004)

- emenda 20

   kontra: Edite Estrela

- paragrafu 2, punt k

   favur: Edith Mastenbroek

- emenda 11

   kontra: Edith Mastenbroek, Jean Lambert

- paragrafu 3, punt a

   favur: Edith Mastenbroek

- paragrafu 3, punt b

   favur: Edith Mastenbroek

- paragrafu 3, punt ċ, l-ewwel parti

   favur: Edith Mastenbroek

   kontra: Jeffrey Titford, Michael Henry Nattrass, Thomas Wise, John Whittaker, Nigel Farage, Graham Booth, Derek Roland Clark, Godfrey Bloom, Roger Knapman, Gerard Batten

- paragrafu 3, punt c, it-tieni parti

   favur: Edith Mastenbroek

   kontra: Jeffrey Titford, Michael Henry Nattrass, Thomas Wise, John Whittaker, Nigel Farage, Graham Booth, Derek Roland Clark, Henri Weber, Godfrey Bloom, Roger Knapman, Gerard Batten

- paragrafu 3, punt d, inċiż 4

   favur: Kathalijne Maria Buitenweg

- emenda 15

   kontra: Christine De Veyrac

- paragrafu 4, punt d

   favur: Anders Wijkman

- paragrafu 6

   favur: Bernd Posselt, Stavros Lambrinidis

- emenda 17

   favur: Henri Weber

- emenda 3

   favur: Henri Weber

- riżoluzzjoni (test sħiħ)

   favur: Eija-Riitta Korhola

   kontra: Oldřich Vlasák, Nina Škottová

°
° ° °

Ingo Schmitt u Lissy Gröner iddikjaraw li riedu jieħdu vot fir-rigward ta' l-emenda 20 u l-paragrafu 1 rispettivament, iżda il-buttuna tal-vot tagħhom ma ħadmitx.

(Is-seduta ġiet sospiża fil- 12.55 u tkompliet fil- 15.00 .)


IPPRESIEDA Janusz ONYSZKIEWICZ
Viċi President

7. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta ta' qabel

Korrezzjoni tal-vot:

Elezzjoni ta' l-Ombudsman

David Hammerstein Mintz iddikjara li għalkemm kien preżenti, ma pparteċipax fl-elezzjoni ta' l-Ombudsman.

Il-Minuti tas-seduta ta' qabel ġew approvati.

Tkellem Roger Knapman dwar inċident li seħħ fil-għodu waqt dimostrazzjoni kontra l-Kostituzzjoni u talab li tingħata spjegazzjoni għal dak li ġara (il-President qatagħlu kliemu u qallu li jingħata risposta aktar tard.)

Tkellmu: dwar din il-kwistjoni Eoin Ryan, Gerard Batten, Roger Knapman u Derek Roland Clark (Il-President irrepeta r-risposta li ta qabel).


8. Għajnuna ta' l-Unjoni Ewropea lill-vittmi tal-maremot fl-Asja (tkomplija tad-dibattitu)

Tkellmu: Ryszard Czarnecki Membru mhux affiljat, Hartmut Nassauer, Neena Gill, Emma Bonino, Carl Schlyter, Dimitrios Papadimoulis, Mario Borghezio, Eoin Ryan, John Bowis, Miguel Angel Martínez Martínez, Raül Romeva i Rueda, Eva-Britt Svensson, Nils Lundgren, Inese Vaidere, Véronique Mathieu, Margrietus van den Berg, Angelika Beer, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Åsa Westlund, Sepp Kusstatscher, Maria Martens, Glenys Kinnock, Gay Mitchell, Mauro Zani, Albert Jan Maat, Ana Maria Gomes, Thomas Mann, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Othmar Karas, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Stanisław Jałowiecki, Anders Wijkman, Eija-Riitta Korhola, Nicolas Schmit u Janez Potočnik.

Mozzjonijiet għar-riżoluzzjoni biex jiġi konkluż id-dibattitu skond l-Artikolu 103 (2) tar-Regoli ta' Proċedura:

- Martin Schulz, Jan Marinus Wiersma, Miguel Angel Martínez Martínez, Margrietus van den Berg, Glenys Kinnock, María Elena Valenciano Martínez-Orozco u Neena Gill f'isem il-grupp PSE, dwar iz-'tsunami' fl-Asja (B6-0034/2005);

- Brian Crowley u Cristiana Muscardini f'isem il-grupp UEN, dwar id-diżastru reċenti li kkawża z-'tsunami' (B6-0059/2005);

- Monica Frassoni u Daniel Marc Cohn-Bendit f'isem il-grupp Verts/ALE, dwar iz-'tsunami' (B6-0060/2005);

- Nirj Deva, John Bowis, Jas Gawronski, Maria Martens, Mario Mantovani, Gay Mitchell, Hartmut Nassauer, Geoffrey Van Orden, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Anders Wijkman, Antonio Tajani, Manolis Mavrommatis u Michael Gahler f'isem il-grupp PPE-DE, dwar iz-'tsunami' fl-Oċean Indjan (B6-0062/2005);

- Graham Watson f'isem il-grupp ALDE, dwar iz-'tsunami' fl-Asja tax-Xlokk (B6-0063/2005);

- Luisa Morgantini, Gabriele Zimmer, Miguel Portas, Vittorio Emanuele Agnoletto, Ilda Figueiredo, Miloslav Ransdorf u Dimitrios Papadimoulis f'isem il-grupp GUE/NGL, dwar l-għajnuna Ewropea għall-vittmi tal-maremot fl-Asja (B6-0064/2005).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 6.2 ta' Minuti ta' 13.01.2005


9. Relazzjonijiet transatlantiċi (dibattitu)

Dikjarazzjonjiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Relazzjonijiet transatlantiċi

Nicolas Schmit (President tal-Kunsill) għamel dikjarazzjoni.

IPPRESIEDA Luigi COCILOVO
Viċi President

Janez Potočnik (Membru tal-Kummissjoni) għamel dikjarazzjoni.

Tkellmu: José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra f'isem il-grupp PPE-DE, Jan Marinus Wiersma f'isem il-grupp PSE, Cecilia Malmström f'isem il-grupp ALDE, Cem Özdemir f'isem il-grupp Verts/ALE, Tobias Pflüger f'isem il-grupp GUE/NGL, Bastiaan Belder f'isem il-grupp IND/DEM, Seán Ó Neachtain f'isem il-grupp UEN, Ryszard Czarnecki Membru mhux affiljat, Elmar Brok, Erika Mann, Philippe Morillon, Athanasios Pafilis, Mirosław Mariusz Piotrowski, Philip Claeys, James Elles, Benoît Hamon, István Szent-Iványi, Bogdan Klich, Massimo D'Alema, Anneli Jäätteenmäki, Jerzy Buzek, Józef Pinior, Jonathan Evans, Nicolas Schmit, Janez Potočnik u Erika Mann.

Mozzjonijiet għar-riżoluzzjoni biex jiġi konkluż id-dibattitu skond l-Artikolu 103 (2) tar-Regoli ta' Proċedura:

- Cecilia Malmström, Alexander Lambsdorff, Janusz Onyszkiewicz u Philippe Morillon f'isem il-grupp ALDE, dwar ir-relazzjonijiet transatlantiċi (B6-0021/2005);

- Jan Marinus Wiersma, Erika Mann, Hannes Swoboda u Benoît Hamon f'isem il-grupp PSE, dwar ir-relazzjonijiet transatlantiċi (B6-0025/2005);

- Ģirts Valdis Kristovskis, Konrad Szymański u Brian Crowley f'isem il-grupp UEN, dwar ir-relazzjonijiet transatlantiċi (B6-0026/2005).

- Elmar Brok, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra u James Elles f'isem il-grupp PPE-DE, dwar ir-relazzjonijiet transatlantiċi (B6-0028/2005);

- André Brie f'isem il-grupp GUE/NGL, dwar ir-relazzjonijiet transatlantiċi (B6-0029/2005);

- Joost Lagendijk, Angelika Beer, Cem Özdemir u Kathalijne Maria Buitenweg f'isem il-grupp Verts/ALE, dwar ir-relazzjonijiet transatlantiċi (B6-0033/2005);

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 6.3 ta' Minuti ta' 13.01.2005


10. Dejn tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw (dibattitu)

Dikjarazzjonjiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Maħfra tad-dejn tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw wara t-tnaqqis tad-dejn Iraqi

Nicolas Schmit (President tal-Kunsill) u Janez Potočnik (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

IPPRESIEDA Sylvia-Yvonne KAUFMANN
Viċi President

Tkellmu: Maria Martens f'isem il-grupp PPE-DE, Marie-Arlette Carlotti f'isem il-grupp PSE, Fiona Hall f'isem il-grupp ALDE, Frithjof Schmidt f'isem il-grupp Verts/ALE, Helmuth Markov f'isem il-grupp GUE/NGL, Ģirts Valdis Kristovskis f'isem il-grupp UEN, Alessandro Battilocchio Membru mhux affiljat, Karin Scheele, Thierry Cornillet, Marie-Hélène Aubert, Giovanni Claudio Fava, Jan Mulder, Nicolas Schmit u Janez Potočnik.

Mozzjonijiet għar-riżoluzzjoni biex jiġi konkluż id-dibattitu skond l-Artikolu 103 (2) tar-Regoli ta' Proċedura:

- Eoin Ryan f'isem il-grupp UEN, (B6-0022/2005), dwar il-maħfra tad-dejn tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

- Maria Martens, Nirj Deva, John Bowis, Anders Wijkman u Mario Mantovani f'isem il-grupp PPE-DE, dwar il-maħfra tad-dejn tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw (B6-0023/2005);

- Frithjof Schmidt, Marie-Hélène Aubert u Bernat Joan i Marí f'isem il-grupp Verts/ALE, (B6-0024/2005), dwar id-dejn tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

- Robert Goebbels, Miguel Angel Martínez Martínez u Margrietus van den Berg f'isem il-grupp PSE, (B6-0027/2005), dwar il-maħfra tad-dejn;

- Luisa Morgantini, Helmuth Markov, Paul Verges, Sérgio Ribeiro u Jacky Henin f'isem il-grupp GUE/NGL, (B6-0030/2005), dwar il-maħfra tad-dejn tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw wara t-tnaqqis tad-dejn Iraqi;

- Fiona Hall u Thierry Cornillet f'isem il-grupp ALDE, (B6-0031/2005), dwar il-maħfra tad-dejn tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw .

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 6.4 ta' Minuti ta' 13.01.2005


11. Kompożizzjoni tal-Parlament

Sérgio Ribeiro avża bil-miktub bir-riżenja tiegħu minn Membru tal-Parlament, b'seħħ mid-data 12.01.2005.

Skond l-Artikolu 4 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 13(4) ta' l-Att dwar l-elezzjoni tar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, il-Parlament għaraf il-post battal u informa b'dan lill-Istat Membru konċernat.


12. Ħin ta' l-interpellanzi (Kunsill)

Il-Parlament eżamina numru ta' interpellanzi lill-Kunsill (B6-0001/2005).

Fatalitajiet ta' l-Immigranti f'Fuerteventura (Gżejjer Kanarji)

Nicolas Schmit (President tal-Kunsill) wieġeb għall-interpellanza u għall-interpellanzi supplimentari ta' Josu Ortuondo Larrea u Joseph Muscat.

Interpellanza 2 ta' Robert Evans: .Riċerka u Żvilupp

Nicolas Schmit wieġeb għall-interpellanza u għall-interpellanzi supplimentari ta' Robert Evans.

Interpellanza 3 ta' Dimitrios Papadimoulis: Tħaris tal-Patrijarkat Ekumeniku .

Nicolas Schmit wieġeb għall-interpellanza u għall-interpellanzi supplimentari ta' Dimitrios Papadimoulis.

Interpellanza 4 ta' Othmar Karas: Adozzjoni formali tal-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar il-proposta għal direttiva dwar invenzjonijiet attwati permezz tal-kompjuter.

Nicolas Schmit wieġeb għall-interpellanza u għall-interpellanzi supplimentari ta' Othmar Karas u Evelin Lichtenberger.

L-interpellanza 5 skadiet minħabba li l-awtur tagħha ma kienx preżenti.

Interpellanza 6 ta' María Badía i Cutchet: Diversità lingwistika fl-Unjoni Ewropea.

Nicolas Schmit wieġeb għall-interpellanza u għall-interpellanzi supplimentari ta' Raimon Obiols i Germà (flok l-awtur) u David Martin.

Interpellanza 7 ta' Claude Moraes: L-implimentazzjoni tal-Linjigwida ta' l-UE dwar it-Tfal u l-Konflitti Armati.

Nicolas Schmit wieġeb għall-interpellanza u għall-interpellanzi supplimentari ta' Claude Moraes.

Tkellmu: David Martin, li esprima d-diżappunt tiegħu għall-fatt li ż-żmien li jingħata għall-Ħin ta' l-Interpellanzi ivarja skond kif jimxu d-dibattiti li jsiru qabel il-Ħin ta' l-Interpellanzi. Talab lill-President sabiex tirreferi l-kwistjoni lill-'Bureau' (Il-President wieġbet li t-talba tiegħu se tasal għand il-persuni xierqa) u Eoin Ryan li qabel ma' David Martin.

Tkellemet Ilda Figueiredo, l-awtriċi ta' l-interpellanza 5, u talbet li l-interpellanza tagħha tinstema' (il-President irrifjutat li dan isir).

L-interpellanzi li ma kinux twieġbu minħabba nuqqas ta' ħin kellhom jingħataw tweġibiet bil-miktub aktar 'il quddiem.

Il-ħin ta' l-interpellanzi riservat għal Kunsill intemm.


13. Aġenda għas-seduta ta' wara

L-aġenda tas-sessjoni ta' l-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 352.950/OJJE).


14. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 19.10.

Julian Priestley

Alejo Vidal-Quadras Roca

Secrétaire Général

Vici-President


REĠISTRU TA' L-ATTENDENZA

Iffirmaw:

Adamou, Adwent, Agnoletto, Albertini, Allister, Alvaro, Andersson, Andrejevs, Andria, Andrikienė, Angelilli, Antoniozzi, Arif, Arnaoutakis, Ashworth, Assis, Atkins, Attwooll, Aubert, Auken, Ayala Sender, Aylward, Bachelot-Narquin, Baco, Barón Crespo, Barsi-Pataky, Batten, Battilocchio, Batzeli, Bauer, Beaupuy, Becsey, Beer, Beglitis, Belder, Belet, Belohorská, Bennahmias, Beňová, Berend, Berès, van den Berg, Berger, Berlinguer, Berman, Bersani, Bertinotti, Bielan, Birutis, Blokland, Bloom, Bobošíková, Böge, Bösch, Bonde, Bonino, Bono, Booth, Borghezio, Borrell Fontelles, Bourlanges, Bowis, Bozkurt, Bradbourn, Mihael Brejc, Brepoels, Bresso, Breyer, Březina, Brie, Brok, Brunetta, Budreikaitė, Buitenweg, Bullmann, van den Burg, Busk, Busquin, Busuttil, Buzek, Cabrnoch, Calabuig Rull, Callanan, Camre, Capoulas Santos, Carlotti, Carnero González, Carollo, Casa, Casaca, Cashman, Caspary, Castex, Castiglione, del Castillo Vera, Catania, Cavada, Cederschiöld, Cercas, Cesa, Chatzimarkakis, Chichester, Chiesa, Chmielewski, Christensen, Chruszcz, Cirino Pomicino, Claeys, Clark, Cocilovo, Cohn-Bendit, Corbett, Corbey, Cornillet, Correia, António Costa, Costa, Cottigny, Coûteaux, Coveney, Cramer, Crowley, Marek Aleksander Czarnecki, Ryszard Czarnecki, D'Alema, Daul, Davies, De Poli, de Brún, Degutis, Dehaene, De Keyser, Del Turco, Demetriou, Deprez, De Rossa, De Sarnez, Descamps, Désir, Deß, Deva, De Veyrac, De Vits, Díaz de Mera García Consuegra, Dičkutė, Didžiokas, Díez González, Dillen, Dimitrakopoulos, Dionisi, Dobolyi, Dombrovskis, Doorn, Douay, Dover, Doyle, Drčar Murko, Duchoň, Dührkop Dührkop, Duff, Duin, Duka-Zólyomi, Duquesne, Ebner, Ehler, Ek, El Khadraoui, Elles, Esteves, Estrela, Ettl, Eurlings, Jillian Evans, Jonathan Evans, Robert Evans, Fajmon, Falbr, Farage, Fatuzzo, Fava, Fazakas, Ferber, Fernandes, Fernández Martín, Anne Ferreira, Elisa Ferreira, Figueiredo, Fjellner, Flasarová, Flautre, Florenz, Foglietta, Fontaine, Ford, Fotyga, Fourtou, Fraga Estévez, Frassoni, Freitas, Friedrich, Fruteau, Gahler, Gál, Gaľa, Galeote Quecedo, García-Margallo y Marfil, García Pérez, Gargani, Garriga Polledo, Gaubert, Gauzès, Gawronski, Gebhardt, Gentvilas, Geremek, Geringer de Oedenberg, Gibault, Gierek, Giertych, Gill, Gklavakis, Glante, Glattfelder, Goebbels, Goepel, Golik, Gollnisch, Gomes, Gomolka, Goudin, Genowefa Grabowska, Grabowski, Graefe zu Baringdorf, Gräßle, de Grandes Pascual, Graça Moura, Grech, Griesbeck, Gröner, de Groen-Kouwenhoven, Grosch, Grossetête, Gruber, Guardans Cambó, Guellec, Guidoni, Gutiérrez-Cortines, Guy-Quint, Gyürk, Hänsch, Hall, Hammerstein Mintz, Hamon, Handzlik, Hannan, Harangozó, Harbour, Harkin, Harms, Hassi, Hatzidakis, Haug, Hazan, Heaton-Harris, Hedh, Hedkvist Petersen, Helmer, Henin, Hennicot-Schoepges, Hennis-Plasschaert, Herczog, Herranz García, Herrero-Tejedor, Hieronymi, Higgins, Hökmark, Honeyball, Hoppenstedt, Horáček, Hortefeux, Howitt, Hudacký, Hudghton, Hughes, Huhne, Hutchinson, Hybášková, Ibrisagic, Ilves, in 't Veld, Isler Béguin, Iturgaiz Angulo, Jackson, Jäätteenmäki, Jałowiecki, Janowski, Járóka, Jarzembowski, Jeggle, Jensen, Joan i Marí, Jöns, Jørgensen, Jonckheer, Jordan Cizelj, Juknevičienė, Jelko Kacin, Kaczmarek, Kallenbach, Kamiński, Karas, Karatzaferis, Karim, Kasoulides, Kaufmann, Kauppi, Tunne Kelam, Kilroy-Silk, Kindermann, Kinnock, Kirkhope, Klamt, Klaß, Klich, Klinz, Knapman, Koch, Koch-Mehrin, Kohlíček, Konrad, Korhola, Kósáné Kovács, Koterec, Kozlík, Krahmer, Krarup, Krasts, Krehl, Kreissl-Dörfler, Kristensen, Kristovskis, Krupa, Kuc, Kudrycka, Kuhne, Kułakowski, Kušķis, Kusstatscher, Kuźmiuk, Lagendijk, Laignel, Lamassoure, Lambert, Lambrinidis, Lambsdorff, Lang, Langen, Langendries, Laperrouze, La Russa, Laschet, Lauk, Lechner, Le Foll, Lehideux, Lehne, Lehtinen, Leichtfried, Leinen, Jean-Marie Le Pen, Marine Le Pen, Fernand Le Rachinel, Letta, Lévai, Janusz Lewandowski, Liberadzki, Libicki, Lichtenberger, Liotard, Lipietz, Locatelli, Lombardo, López-Istúriz White, Ludford, Lulling, Lundgren, Lynne, Maat, Maaten, McAvan, McCarthy, McDonald, McGuinness, McMillan-Scott, Madeira, Malmström, Manders, Maňka, Erika Mann, Thomas Mann, Manolakou, Mantovani, Markov, Marques, Martens, David Martin, Hans-Peter Martin, Martinez, Martínez Martínez, Masiel, Masip Hidalgo, Maštálka, Mastenbroek, Mathieu, Mato Adrover, Matsakis, Matsis, Matsouka, Mauro, Mavrommatis, Mayer, Mayor Oreja, Medina Ortega, Meijer, Méndez de Vigo, Menéndez del Valle, Meyer Pleite, Mikko, Mikolášik, Millán Mon, Mitchell, Mölzer, Mohácsi, Montoro Romero, Moraes, Moreno Sánchez, Morgan, Morgantini, Morillon, Moscovici, Mote, Mulder, Musacchio, Muscardini, Muscat, Musotto, Mussolini, Musumeci, Myller, Napoletano, Nassauer, Nattrass, Navarro, Newton Dunn, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Nicholson, Nicholson of Winterbourne, Niebler, van Nistelrooij, Novak, Obiols i Germà, Özdemir, Olajos, Olbrycht, Ó Neachtain, Onesta, Onyszkiewicz, Oomen-Ruijten, Ortuondo Larrea, Őry, Ouzký, Oviir, Pack, Pafilis, Borut Pahor, Paleckis, Pálfi, Panayotopoulos-Cassiotou, Pannella, Panzeri, Papadimoulis, Papastamkos, Parish, Patrie, Pavilionis, Peillon, Pęk, Alojz Peterle, Pflüger, Piecyk, Pieper, Pīks, Pinior, Piotrowski, Pirilli, Piskorski, Pistelli, Pittella, Pleguezuelos Aguilar, Pleštinská, Podkański, Poettering, Poignant, Polfer, Poli Bortone, Pomés Ruiz, Portas, Posselt, Prets, Prodi, Protasiewicz, Purvis, Queiró, Quisthoudt-Rowohl, Rack, Radwan, Ransdorf, Rapkay, Rasmussen, Remek, Resetarits, Reul, Reynaud, Ribeiro e Castro, Riera Madurell, Ries, Riis-Jørgensen, Rizzo, Rogalski, Roithová, Romagnoli, Romeva i Rueda, Rosati, Roszkowski, Roth-Behrendt, Rothe, Rouček, Roure, Rudi Ubeda, Rübig, Rühle, Rutowicz, Ryan, Sacconi, Saïfi, Sakalas, Salafranca Sánchez-Neyra, Salinas García, Salvini, Samaras, Samuelsen, Sánchez Presedo, Santoro, dos Santos, Sartori, Saryusz-Wolski, Savary, Savi, Sbarbati, Scheele, Schenardi, Schierhuber, Schlyter, Schmidt, Pál Schmitt, Ingo Schmitt, Schnellhardt, Schöpflin, Schröder, Schroedter, Schulz, Schuth, Schwab, Seeber, Segelström, Seppänen, Siekierski, Sifunakis, Silva Peneda, Sinnott, Siwiec, Sjöstedt, Skinner, Škottová, Smith, Sommer, Sonik, Sousa Pinto, Spautz, Speroni, Staes, Staniszewska, Starkevičiūtė, Šťastný, Stenzel, Sterckx, Stevenson, Stihler, Strejček, Stroz, Stubb, Sturdy, Sudre, Sumberg, Svensson, Swoboda, Szájer, Szejna, Szent-Iványi, Szymański, Tabajdi, Tajani, Takkula, Tarabella, Tarand, Tatarella, Thomsen, Thyssen, Titley, Toia, Tomczak, Toubon, Toussas, Trakatellis, Trautmann, Triantaphyllides, Trüpel, Turmes, Tzampazi, Ulmer, Väyrynen, Vaidere, Vakalis, Vanhecke, Van Hecke, Van Lancker, Van Orden, Varela Suanzes-Carpegna, Varvitsiotis, Vaugrenard, Ventre, Vergnaud, Vidal-Quadras Roca, de Villiers, Villiers, Vincenzi, Virrankoski, Vlasák, Vlasto, Voggenhuber, Wagenknecht, Wallis, Walter, Watson, Henri Weber, Weiler, Weisgerber, Westlund, Whitehead, Whittaker, Wiersma, Wierzejski, Wijkman, Wise, von Wogau, Wohlin, Wojciechowski, Wortmann-Kool, Wuermeling, Wurtz, Wynn, Xenogiannakopoulou, Yañez-Barnuevo García, Záborská, Zahradil, Zaleski, Zani, Zappalà, Zatloukal, Ždanoka, Železný, Zieleniec, Zīle, Zimmer, Zingaretti, Zvěřina, Zwiefka

Avviż legali - Politika tal-privatezza