IPPRESIEDA Ingo FRIEDRICHViċi President
Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 10.05.
Il-President avża li wara l-interventi ta' Gerard Batten u oħrajn (punt 5 ta' Minuti ta' 12.01.2005 u punt 7 ta' Minuti ta' 12.01.2005), il-President tal-Parlament iddeċieda li jiftaħ inkjesta fir-rigward ta' l-inċident li seħħ.
Din l-inkjesta se titmexxa mill-kwesturi u għandhom jinstemgħu l-partijiet kollha kkonċernati. Sussegwentement, il-kwesturi għandhom jippreżentaw rapport lill-President.