Il-President avża, skond l-Artikolu 57(1) tar-Regoli ta' Proċedura, li rċieva l-pożizzjonijiet komuni li ġejjin mill-Kunsill, flimkien mar-raġunijiet li wasslu lill-Kunsill sabiex jadottahom, u l-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar:
- Pożizzjoni komuni definita mill-Kunsill fl-20 ta' Diċembru 2004 fid-dawl ta' l-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-kwalita' ta' l-ilma għall-għawm u li tirrevoka d-direttiva 76/160/KEE (12884/1/2004 - C6-0006/2005 - 2002/0254(COD) )
riferuta lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Pożizzjoni komuni definita mill-Kunsill fit-22 ta' Diċembru 2004 fid-dawl ta' l-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 dwar it-tneħħija gradwali tal-kontrolli fil-borduri komuni, f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-aċċess għas-Sistema ta' Informazzjoni Schengen min-naħa tas-servizzi ta' l-Istati Membri kompetenti responsabbli għall-ħruġ ta' ċertifikati ta' reġistrazzjoni għall-vetturi (14238/1/2004 - C6-0007/2005 - 2003/0198(COD) )
riferuta lill-kumitat responsabbli : LIBE
- Pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill fil-21 ta' Diċembru 2004 fid-dawl ta' l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali (13781/2/2004 - C6-0008/2005 - 2002/0061(COD) )
riferuta lill-kumitat responsabbli : IMCO
Il-perjodu ta-tliet xhur għad-dispożizzjoni tal-Parlament sabiex jadotta l-pożizzjoni tiegħu kellu jibda għalhekk l-għada, 14.01.2005.