L-abbozz finali ta' l-aġenda għas-seduta plenarja ta' Frar (354.151/PDOJ) ġie mqassam u ġew proposti l-modifikazzjonijiet hawn taħt imsemmija (Artikolu 132 tar-Regoli ta' Proċedura):
Seduti mill-21.02.2005 sa' l-24.02.2005
It-Tnejn
- ma ġiet proposta l-ebda modifika
It-Tlieta
- ma ġiet proposta l-ebda modifika
L-Erbgħa
- talba mill-Grupp PPE-DE biex jiżdied mad-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar ir-Relazzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea mar-reġjun tal-Mediterran (punt 28 ta' l-Abbozz Finali ta' l-Aġenda) punt dwar is-sitwazzjoni fil-Libanu wara l-qtil ta' l-ex Prim Ministru Hariri
Tkellmu:Hans-Gert Poettering f'isem il-grupp PPE-DE, li irtira t-talba u ppropona li l-kwistjoni tkun is-suġġett ta' mistoqsija orali lill-Kummissjoni, u Hannes Swoboda f'isem il-grupp PSE, wera l-qbil tiegħu.
- talba mill-Grupp PSE biex jinqaleb l-ordni tal-mistoqsijiet orali dwar it-tessuti u l-ilbies, minn naħa, u l-azzjoni kontra l-ġuħ u l-faqar, min-naħa l-oħra(punt 30 u punt 31 ta' l-Abbozz Finali ta' l-Aġenda)
Tkellem Hannes Swoboda f'isem il-grupp PSE.
Il-Parlament approva din t-talba.
Il-President avża li l-gruppi politiċi qablu bejnithom biex jiġu interrotti d-dibattiti fis-6:00 ta' filgħaxija sabiex f'dan il-ħin ikunu jistgħu jiġu ttrattati l-punti kollha fejn hu maħsub li se tintervjeni l-Kummissjoni.
Tkellem Bernd Posselt.
Il-Ħamis
- ma ġiet proposta l-ebda modifika
° ° ° °
Talba tal-Kunsill għat-twettiq tal-proċedura ta' urġenza (Artikolu 134) għal:
- Proposta ta' Regolament tal-Kunsill li temenda r-Regolament (KE) Nru 2792/1999 dwar azzjoni speċifika għat-trasferiment ta' dgħajjes lejn pajjiżi milquta mit-tzunami ta' l-2004 [COM(2005)0036 - C6-0036/2005 - 2005/0005(CNS)]
Motivazzjoni tat-talba:
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni tal-qasam tas-sajd fil-pajjiżi affettwati mit-tzunami ta' Diċembru li għadda, din il-proposta tistabbilixxi qafas leġiżlattiv indispensabbli biex l-Istati Membri ikunu jistgħu jawtorizzaw it-trasferiment ta' dgħajjes żgħar lejn dawn il-komunitajiet ta' sajjieda.
- Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Kosta ta' l-Avorju [COM(2004)0842 - C6-0023/2005 - 2004/0286(CNS)]
Motivazzjoni tat-talba:
Huwa importanti ħafna li dan ir-regolament jiġi adottat fl-inqas ħin possibbli sabiex il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi li għandhom jiġu ffriżati jitwaqqfu milli jiġu trasferiti.
Il-Parlament kellu jieħu deċiżjoni dwar it-talba għal proċedura ta' urġenza fil-bidu tas-seduta tal-ġurnata ta' wara.