Il-Parlament eżamina numru ta' mistoqsijiet lill-Kummissjoni (B6-0009/2005).
L-ewwel parti
Mistoqsija 41 (Katerina Batzeli): Forniment ta' servizz minn intrapriżi tal-bini fil-kuntest tal-proposta għal direttiva COM(2004)0002/finali.
Charlie McCreevy (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Katerina Batzeli.
Mistoqsija 42 (Jacek Protasiewicz): Diskriminazzjoni tal-ħaddima u l-intrapriżi Pollakki fis-suq intern ta' l-Unjoni Ewropea.
Charlie McCreevy wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Jacek Protasiewicz, Malcolm Harbour u Paul Rübig.
Mistoqsija 43 (Johan Van Hecke): Id-'dumping' u l-importanzjoni rregolari ġejjin mill-Ukrajna – Frodi fiċ-ċertifikati ta' oriġini.
László Kovács (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Johan Van Hecke.
It-tieni parti
Il-mistoqsija 44 skadiet minħabba li l-awtur tagħha ma kienx preżenti.
Mistoqsija 45 (Bernd Posselt): Trasversali Ewropea.
Jacques Barrot (Viċi President tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Bernd Posselt, Paul Rübig u Bogusław Sonik.