Dettalji tal-votazzjonijiet (emendi, voti separati u maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness 1 tal-Minuti.
9.1. organizzazzjoni skond struttura ġdida tal-kumitati kompetenti f'oqsma tas-servizzi finanzjarji ***I
Kif tħabbar il-bieraħ, (punt 4 ta' Minuti ta' 07.03.2005), il-Kunsill ippreżenta corrigendum dwar id-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 73/239/CEE, 85/611/CEE, 91/675/CEE, 92/49/CEE u 93/6/CEE tal-Kunsill kif ukoll id-Direttivi 94/19/CE, 98/78/CE, 2000/12/CE, 2001/34/CE, 2002/83/CE u 2002/87/CE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex jistabbilixxu organizzattiva struttura ġdida għall-kumitati tas-servizzi finanzjarji (6429/1/2005 - C6-0051/2005 - 2003/0263(COD)).
B'ittra bid-data tal-lum il-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji ħabbar li l-kumitat kien ivvota favur l-adozzjoni tal-corrigendum.
Il-Parlament Ewropew approva l-corrigendum (P6_TA(2005)0060).
L-att ikkonċernat se jiġi għalhekk iffirmat l-għada mill-President tal-Parlament u tal-Kunsill.
9.2. Kundizzjonijiet għal aċċess għal networks ta' trażmissjoni ta' gass naturali ***II (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għal aċċess għal networks ta' trażmissjoni ta' gass naturali (11652/2/2004 - C6-0188/2004 - 2003/0302(COD)) - Kumitat dwar l-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Esko Seppänen (A6-0012/2005)
9.3. Sigurtà soċjali għall-ħaddiema impjegati, għal nies li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familja tagħhom li jimxu minn pajjiż għall-ieħor tal-Komunità ***II (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni Komuni tal-Kunsill fuq l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament nru 1408/71/KEE tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' l-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-ħaddiema impjegati, għal nies li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familja tagħhom li jimxu minn pajjiż għall-ieħor tal-Komunità, u tar-Regolament tal-Kunsill nru 574/72/KEE li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 1408/71/KEE (12062/3/2004 - C6-0189/2004 - 2003/0184(COD)) - Kumitat dwar l-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Proinsias De Rossa (A6-0003/2005)
9.4. Liċenzja Komunitarja ta' kontrolluri tat-traffiku ta' l-ajru ***I (votazzjoni)
Rapport dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar liċenzja Komunitarja ta' kontrolluri tat-traffiku ta' l-ajru (COM(2004)0473 - C6-0076/2004 - 2004/0146(COD)) - Kumitat dwar it-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Ingo Schmitt (A6-0038/2005)
9.5. Bank Ewropew għall-Investiment (2003) (votazzjoni)
Rapport dwar ir-Rapport ta' Attività ta' l-2003 tal-Bank Ewropew għall-Investimenti (2004/2187(INI)) - Kumitat dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Alain Lipietz (A6-0032/2005)
9.6. Sitwazzjoni Soċjali fl 'Unjoni Ewropea (votazzjoni)
Rapport dwar is-sitwazzjoni Soċjali fl-Unjoni Ewropea (2004/2190(INI)) - Kumitat dwar l-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Ilda Figueiredo (A6-0035/2005)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness 1, punt 5)
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
Rifjutata
Tkellmu:
- ir-rapporteur qabel il-votazzjoni fuq il-problemi ta' traduzzjoni fir-rapport tagħha;
- Jacek Protasiewicz li ressaq emenda orali għall-emenda 4 li ġiet inkorporata;
- ir-rapporteur li indikat li hija kellha f'moħħha li tivvota favur it-tieni parti tal-paragrafu 9.