Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 8 ta' Marzu 2005 - Strasburgu

17. Ħin tal-mistoqsijiet (Kummissjoni)

Il-Parlament eżamina numru ta' mistoqsijiet lill-Kummissjoni (B6-0019/2005).

L-ewwel parti

Mistoqsija 16 (Bill Newton Dunn): Il-lista ta' l-għaxar kriminali l-aktar imfittxija ta' l-Unjoni Ewropea.

Franco Frattini (Viċi President tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Bill Newton Dunn, Paul Rübig u David Martin.

Mistoqsija 17 (Paul Rübig): Sigurtà fl-avjazzjoni.

Jacques Barrot (Viċi President tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Paul Rübig.

Mistoqsija 18 (Inés Ayala Sender): Għeluq tal-konfini Spanjoli-Franiżi għal vetturi kbar fil-mina Somport.

Jacques Barrot wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Inés Ayala Sender u Josu Ortuondo Larrea.

It-tieni parti

Mistoqsija 19 (David Martin): Prodotti mhux oriġinali u l-kummerċ mar-Russja u maċ-Ċina

László Kovács (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' David Martin, Georgios Papastamkos u Daniel Caspary.

Mistoqsija 20 (Claude Moraes): Konċessjonijiet kummerċjali biex tingħata għajnuna lil pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Andris Piebalgs (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija.

Tkellem Claude Moraes.

Mistoqsija 21 (Josu Ortuondo Larrea): Żvantaġġi għall-manifatturi Ewropej ta' tnalji minħabba dazji ta' importazzjoni għoljin fl-Istati Uniti.

Andris Piebalgs wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Josu Ortuondo Larrea.

IPPRESIEDA Alejo VIDAL-QUADRAS ROCA
Viċi President

Mistoqsija 22 (Georgios Papastamkos): Theddida ta' żieda fid-dazju ta' l-Istati Uniti fuq ħawħ proċessat mill-Ewropa.

Andris Piebalgs wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Georgios Papastamkos.

Mistoqsija 23 (Jan Andersson): L-impatt tal-politika agrikola ta' l-UE fuq is-suq dinji.

László Kovács wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Jan Andersson.

Il-mistoqsijiet minn 24 sa 25 se jingħataw tweġiba bil-miktub aktar 'il quddiem.

Mistoqsija 26 (Mihael Brejc): Riforma amministrattiva ta' l-istituzzjonijiet Ewropej.

Andris Piebalgs wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Mihael Brejc u Åsa Westlund.

Mistoqsija 27 (Paul van Buitenen): L-irwol tal-Qorti ta' l-Awdituri bħala “kuxjenza finanzjarja ta' l-Ewropa”.

Andris Piebalgs wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Bart Staes (sostitut ta' l-awtur).

Mistoqsija 28 (Bernd Posselt): Dipendenza enerġetika fir-Russja.

Andris Piebalgs wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Bernd Posselt u Daniel Caspary.

Mistoqsija 29 (Justas Vincas Paleckis): L-irbit flimkien ta' sistemi enerġetiċi fl-Ewropa tal-Punent u tal-Lvant.

Andris Piebalgs wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Justas Vincas Paleckis u Bernd Posselt.

Mistoqsija 30 (Ryszard Czarnecki): Armonizzazzjoni ta' liġijiet dwar l-enerġija.

Andris Piebalgs wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Ryszard Czarnecki.

Il-mistoqsijiet li ma kinux twieġbu minħabba nuqqas ta' ħin se jingħataw tweġibiet bil-miktub aktar 'il quddiem.

Il-ħin tal-mistoqsijiet imħolli għall-Kummissjoni ntemm.

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 20.25 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 21.00 )

Avviż legali - Politika tal-privatezza