L-ordni tas-seduta ġiet iddeterminata (punt 13 ta' Minuti ta' 11.04.2005) u tqassam corrigendum għall-aġenda (PE 356.376/OJ/COR), fejn il-modifika li ġejja ġiet proposta:
l-Erbgħa
- it-talba tal-Kumitat DEVE biex jiġi pospost għal sessjoni parzjali ulterjuri r-rapport dwar Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex jistabbilixxi strument finanzjarju għal koperazzjoni għall-iżvilupp u koperazzjoni ekonomika [COM(2004)0629 - C6-0128/2004 - 2004/0220(COD)] Rapporteur: Gay Mitchell (A6-0060/2005).
Il-Parlament wera l-qbil tiegħu għal din it-talba.
Il-President ikompli jindika li l-Membri għandhom il-possibiltà li jagħmlu interventi ta' minuta skond l-Artikolu 144 tar-Regoli ta' Proċedura wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Il-pożizzjoni tar-Roma fl-Unjoni Ewropea (punt 57 ta' l-Aġenda).