Il-Parlament eżamina numru ta' mistoqsijiet lill-Kunsill (B6-0339/2005).
Mistoqsija 1 (Marie Panayotopoulos-Cassiotou): Previżjonijiet fil-qasam tar-rikostruzzjonijiet.
Douglas Alexander (President fil-kariga tal-Kunsill) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Marie Panayotopoulos-Cassiotou.
Mistoqsija 2 (Manuel Medina Ortega): Il-Fiskalità fil-qasam tat-trasport bl-ajru ta' passieġġieri.
Douglas Alexander wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Manuel Medina Ortega, Joseph Muscat u Philip Bradbourn.
Mistoqsija 3 (Sarah Ludford): Il-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin.
Douglas Alexander wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Sarah Ludford u Elizabeth Lynne.
Mistoqsija 4 (John Purvis): It-taxxi fuq it-tabakk u l-akoħol.
Douglas Alexander wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' John Purvis u David Martin.
Mistoqsija 5 (Elspeth Attwooll): Miżżewġin bla fruntieri.
Douglas Alexander wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Elspeth Attwooll u Sarah Ludford.
Mistoqsija 6 (Frank Vanhecke): Iċ-ċensura ta' l-internet fiċ-Ċina.
Douglas Alexander wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Frank Vanhecke.
Mistoqsija 7 (Richard James Ashworth): Ir-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri.
Douglas Alexander wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Philip Bushill-Matthews (sostitut ta' l-awtur), David Martin u Christopher Beazley.
Mistoqsija 8 (Richard Corbett): Komotoloġija.
Douglas Alexander wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Richard Corbett.
Mistoqsija 9 (Sajjad Karim): Diverġenzi fl-apprezzament bejn ministri dwar il-bilanċ li għandu jinstab bejn is-sigurtà u d-drittijiet tal-bniedem.
Douglas Alexander wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Sajjad Karim.
Mistoqsija 10 (Hélène Goudin): Il-baġit għad-difiża tal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.
Douglas Alexander wieġeb għall-mistoqsija.
Mistoqsija 11 (Dimitrios Papadimoulis): Ksib ta' ftehim dwar il-perspettivi finanzjarji 2007-2013.
Douglas Alexander wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Dimitrios Papadimoulis u Esko Seppänen.
Mistoqsija 12 (Nils Lundgren): Sigurtà ġuridika fi ħdan l-Unjoni Ewropea.
Douglas Alexander wieġeb għall-mistoqsijiet kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Chris Davies, James Hugh Allister, Richard Corbett u Timothy Kirkhope.
Question 15 (Jonas Sjöstedt): Ftehim tas-sajd mal-Marokk u l-appoġġ tal-Kunsill lin-Nazzjonijiet Uniti.
Douglas Alexander wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Jonas Sjöstedt u Bernd Posselt.
Il-mistoqsijiet minn 16 sa 36 se jingħataw tweġiba bil-miktub aktar 'il quddiem.
Il-ħin tal-mistoqsijiet imħolli għall-Kunsill intemm.