Fil-kawża C-305/05, il-Qorti Arbitrarja tal-Belġju, f'talba li ressqet l-Ordni ta' l-Avukati Belġjani, għamlet mistoqsija lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-validità ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' Diċembru 2001, li timmodifika d-Direttiva 91/308/CEE tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni ta' l-użu tas-sistema finanzjarja għall-ħasil tal-kapital (ĠU L 344 du 28.12.2001, p.76).
Giuseppe Gargani, il-President tal-Kumitat JURI, ħabbar lill-President tal-Parlament is-sentiment tal-Kumitat tiegħu fir-rigward ta' l-opportunità li jitressqu kummenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, b'konformità ma' l-Artikolu 23 tar-Regolamenti ta' l-Istaff tal-Qorti.
Il-President tal-Parlament, fuq il-bażi tal-poteri li huma mogħtija lilu mill-Artikolu 19(4) tar-Regoli ta' Proċedura, u wara li informa b'dan lill-Konferenza tal-Presidenti, iddeċieda li l-kummenti neċessarji se jitressqu quddiem il-Qorti, fl-iskadenzi iffissati, li jikkonferma l-validità ta' l-att adottat b'kodeċiżjoni, fir-rigward tal-Kawża C-305/05.