L-awtoritajiet kompetenti Pollakki ħabbru n-nomina ta' Anna Elzbieta Fotyga bħala Segretarju ta' L-Istat tal-Gvern Pollakk b'effet mit-23/11/2005.
Billi, skond l-Artikolu 7(1) ta' l-Att dwar l-elezzjoni tar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew b'votazzjoni universali diretta, din il-kariga m'hijiex kompatibbli mal-kariga ta' Membru tal-Parlament Ewropew, il-Parlament stabbilixxa, skond l-Artikolu 4(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li s-siġġu jitqies battal mid-data 23.11.2005 u informa b'dan lill-Istat Membru kkonċernat.