- Abbozz regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 li jistipola regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (SEC(2005)1240 - C6-0355/2005 - 2005/0904(CNS)).
irreferut
responsabbli
CONT
opinjoni
BUDG
- Dan it-titolu m'huwiex disponibbli fil-lingwi kollha bhalissa Proposal for a Council decision providing macro-financial assistance to Georgia (COM(2005)0571 - C6-0407/2005 - 2005/0224(CNS)).
irreferut
responsabbli
INTA
opinjoni
AFET, BUDG
3. Emenda tas-sistema Komuni tal-VAT f'dak li għandu x'jaqsam mal-perijodu tar-rata standard minima * - Metodi ta' rimbors tal-VAT lil persuni taxxabbli li huma stabbiliti fi Stat Membru ieħor * - VAT li għandha tiġi applikata għal servizzi li jeħtieġu xogħol ta' l-idejn intensiv ħafna (dibattitu)
Rapport dwar proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 77/388/KEE dwar is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud f'dak li għandu x' jaqsam mal-perijodu tar-rata standard minima [COM(2005)0136 - C6-0113/2005 - 2005/0051(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Zsolt László Becsey (A6-0323/2005)
Rapport dwar proposta għal Direttiva tal-Kunsill li twaqqaf il-metodi sabiex issir rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud, provdut fid-Direttiva 77/388/KEE, lil persuni taxxabbli mhux stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż iżda li huma stabbiliti f'Stat Membru ieħor [COM(2004)0728 - C6-0251/2005 - 2005/0807(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Zsolt László Becsey (A6-0324/2005)
Mistoqsija orali (O-0106/2005) mressqa minnPervenche Berès, f'isem il- Kumitat ECON, lill-Kummissjoni: L-iskadenza tad-Direttiva 1999/85/KE dwar rati mnaqqsa ta' VAT fuq servizzi ta' ħidma intensiva (B6-0342/2005).
Zsolt László Becsey ppreżenta r-rapporti tiegħu.
Pervenche Berès għamel il-mistoqsija orali.
Tkellem László Kovács (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Marianne Thyssen f'isem il-grupp PPE-DE, Ieke van den Burg f'isem il-grupp PSE, Margarita Starkevičiūtė f'isem il-grupp ALDE, Ian Hudghton f'isem il-grupp Verts/ALE, Diamanto Manolakou f'isem il-grupp GUE/NGL, John Whittaker f'isem il-grupp IND/DEM, Hans-Peter Martin Membru mhux affiljat, Othmar Karas, Dariusz Rosati, Wolf Klinz, Marie Anne Isler Béguin, Patrick Louis u José Manuel García-Margallo y Marfil.
IPPRESIEDA Janusz ONYSZKIEWICZ Viċi President
Tkellmu: Joseph Muscat, Paolo Costa, Astrid Lulling, Richard Howitt, Avril Doyle u László Kovács.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni ppreżentata, skond l-Artikolu 108 (5), tar-Regoli ta' Proċedura, fl-aħħar tad-dibattitu.
- Alexander Radwan f'isem il-grupp PPE-DE, Ieke van den Burg f'isem il-grupp PSE, Wolf Klinz f'isem il-grupp ALDE, Ian Hudghton f'isem il-grupp Verts/ALE, Sahra Wagenknecht f'isem il-grupp GUE/NGL, Eoin Ryan u Guntars Krasts f'isem il-grupp UEN dwar l-iskadenza tad-direttiva 1999/85/KE dwar rati tal-VAT imnaqqsa fuq servizzi ta' xogħol bl-idejn intensiv, (B6-0630/2005).
4. Żviluppi fis-Slovakkja dwar is-sitwazzjoni tal-forzi ta' l-ordni (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Żviluppi fis-Slovakkja dwar is-sitwazzjoni tal-forzi ta' l-ordni
László Kovács (Membru tal-Kummissjoni) għamel dikjarazzjoni.
Tkellmu: Ján Hudacký f'isem il-grupp PPE-DE, Monika Beňová f'isem il-grupp PSE, Angelika Beer f'isem il-grupp Verts/ALE, Tobias Pflüger f'isem il-grupp GUE/NGL, Sergej Kozlík Membru mhux affiljat, Anna Záborská, Poul Nyrup Rasmussen, László Kovács u Poul Nyrup Rasmussen, li rrefera għar-rimarki li għamel qabel.
Id-dibattitu ngħalaq.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta sa ma sar il-ħin għall-votazzjonijiet: 10.40 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 11.00)
IPPRESIEDA Pierre MOSCOVICI Viċi President
5. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta ta' qabel
Phillip Whitehead għarraf li hu kien preżenti iżda ismu ma kienx imniżżel fir-reġistru ta' l-attendenza.
Il-Minuti tas-seduta ta' qabel ġew approvati.
6. Ħin tal-votazzjonijiet
Ir-riżultati tal-votazzjoni (emendi, votazzjonijiet separati u maqsumin, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet' tal-Minuti.
6.1. Strument għall-iffinanzjar tal-koperazzjoni għall-iżvilupp u l-koperazzjoni ekonomika ***I (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill li joħloq strument għall-iffinanzjar tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-kooperazzjoni ekonomika [COM(2004)0629 - C6-0128/2004 - 2004/0220(COD)] - Kumitat għall-Iżvilupp. Rapporteur: Gay Mitchell (A6-0060/2005)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 1)
Tkellmu: Gay Mitchell (rapporteur) l-ewwel biex jagħmel dikjarazzjoni fuq skond l-Artikolu 131 (4) tar-Regoli ta' Proċedura, u wara, biex jitlob, skond l-Artikolu 168 tar-Regoli ta' Proċedura, li r-rapport jinbagħat lura lill-kumitat u Hannes Swoboda biex tappoġġja din it-talba.
Il-Parlament approva din t-talba.
Il-kwistjoni ġiet riferuta għal darb'oħra lill-kumitat responsabbli.
6.2. Protokoll addizzjonali għall-ftehim bejn il-Komunita' Ewropea u r-Repubblika ta' l-Afrika ta' Fuq dwar il-kummerċ, l-iżvilupp u l-koperazzjoni wara t-tkabbir *** (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tiffinalizza l-protokoll addizzjonali għall-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel min-naħa l-oħra, biex iqis l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea [COM(2005)0372 – C6-0350/2005 – 2005/0152(AVC)] - Kumitat għall-Iżvilupp. Rapporteur: Miguel Angel Martínez Martínez (A6-0328/2005)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)
6.4. Talba sabiex tiġi difiża l-immunita' parlamentari tas-Sur Andrzej Pęczak (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar talba sabiex jiġu difiżi l-immunita' u l-privileġġi ta' Andrzej Pęczak, membru antik tal-Parlament Ewropew [2005/2128(IMM)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Maria Berger (A6-0330/2005)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 4)
6.5. Talba sabiex tiġi difiża l-immunita' parlamentari tas-Sur Giovanni Claudio Fava (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar talba sabiex jiġu difiżi l-immunita' u l-privileġġi ta' Giovanni Claudio Fava [2005/2174(IMM)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Klaus-Heiner Lehne (A6-0331/2005)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 5)
6.6. Proġett ta' baġit ta' emenda Nru 6/2005 (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 6/2005 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2005 – Sezzjoni IV – Qorti tal-Ġustizzja – It-twaqqif ta' Tribunal għas-servizz pubbliku, hekk kif emendat mill-Kunsill (C6-0404/2005 – 2005/2159(BUD))
(Maġġoranza kwalifikata)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 6)
6.7. Proġett ta' baġit ta' emenda Nru 6/2005 (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar proġett ta' baġit ta' emenda Nru 6/2005 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena 2005 - It-twaqqif ta' Tribunal għas-servizz pubbliku, hekk kif emendat mill-Kunsill [13784/2005 - C6-0404/2005 - 2005/2159(BUD)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Anne E. Jensen (A6-0336/2005)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 7)
6.9. Privattivi għal prodotti farmaċewtiċi għall-pajjiżi bi problemi fis-saħħa pubblika ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzjar obbligatorju ta' privattivi relatati mal-manifattura ta' prodotti farmaċewtiċi għall-esportazzjoni lejn pajjiżi li għandhom problemi ta' saħħa pubblika [COM(2004)0737 - C6-0168/2004 - 2004/0258(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Johan Van Hecke (A6-0242/2005)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 9)
- Johan Van Hecke (rapporteur) sur les amendements.
6.10. Miżuri Komunitarji għall-ġlieda kontra l-influwenza avjarja * (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar miżuri Komunitarji għall-ġlieda kontra l-influwenza avjarja [COM(2005)0171 - C6-0195/2005 - 2005/0062(CNS)] - Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Neil Parish (A6-0327/2005)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 10)
- Neil Parish (rapporteur) ressaq emenda orali biex tiżdied premessa ġdida 11 b, li ġiet inkorporata.
6.11. Spejjeż veterinarji * (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE dwar ċerti spejjeż veterinarji [COM(2005)0171 - C6-0196/2005 - 2005/0063(CNS)] - Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Ilda Figueiredo (A6-0326/2005)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 11)
Rapport dwar proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 dwar l-introduzzjoni ta' l-Ewro [COM(2005)0357 - C6-0374/2005 - 2005/0145(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Dariusz Rosati (A6-0329/2005)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 12)
6.13. Emenda tas-sistema Komuni tal-VAT f'dak li għandu x'jaqsam mal-perijodu tar-rata standard minima * (votazzjoni)
Rapport dwar proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 77/388/KEE dwar is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud f'dak li għandu x' jaqsam mal-perijodu tar-rata standard minima [COM(2005)0136 - C6-0113/2005 - 2005/0051(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Zsolt László Becsey (A6-0323/2005)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 13)
6.14. Metodi ta' rimbors tal-VAT lil persuni taxxabbli li huma stabbiliti fi Stat Membru ieħor * (votazzjoni)
Rapport dwar proposta għal Direttiva tal-Kunsill li twaqqaf il-metodi sabiex issir rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud, provdut fid-Direttiva 77/388/KEE, lil persuni taxxabbli mhux stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż iżda li huma stabbiliti f'Stat Membru ieħor [COM(2004)0728 - C6-0251/2005 - 2005/0807(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Zsolt László Becsey (A6-0324/2005)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 14)
- Jana Hybášková ressqet emenda orali għall-paragrafu 10 li ġiet inkorporata.
6.20. Approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (votazzjoni)
Rapport dwar linji gwida għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea [2005/2024(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: Andrew Duff (A6-0179/2005)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 20)
6.21. L-applikazzjoni ta' regoli Ewropej dwar il-kompetizzjoni fit-trasport marittimu
Rapport dwar metodi għall-applikazzjoni ta' regoli Ewropej dwar il-kompetizzjoni fit-trasport marittimu [2005/2033(INI)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Rodi Kratsa-Tsagaropoulou (A6-0314/2005)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 21)
6.22. Regolamentazzjoni u s-swieq tal-kommunikazzjoni elettronika fl-Ewropa, 2004 (votazzjoni)
Rapport dwar ir-regolamentazzjoni u s-swieq tal-kommunikazzjoni elettronika fl-Ewropa, 2004 [2005/2052(INI)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Patrizia Toia (A6-0305/2005)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 22)
Korrezzjonijiet ta' votazzjonijiet jidhru fil-websajt “Séance en direct” taħt “Votes”/“Results of votes”/“Roll-call votes” u fil-verżjoni stampata ta' l-Anness 2 “Riżultat tal-votazzjonijiet b'sejħa ta' l-ismijiet”.
Il-verżjoni elettronika fuq il-Europarl se tiġi aġġornata regolarment sa massimu ta' ġimagħtejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni kkonċernata.
Wara li tkun għaddiet l-iskadenza ta' ġimagħtejn, il-lista ta' korrezzjonijiet għall-votazzjonijiet tiġi ffinalizzata sabiex tkun tista' tiġi tradotta u ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
Membri li kienu preżenti iżda ma vvutawx:
- Karl-Heinz Florenz était présent mais n'a pas participé à tous les votes.
9. Kompożizzjoni tal-kumitati
Fuq talba tal-Grupp PPE-DE, il-Parlament irratifika l-ħatra li ġejja:
Kumitat CONT:
Béla Glattfelder jieħu post István Pálfi.
Fuq talba tal-Grupp UEN, il-Parlament irratifika l-ħatra li ġejja:
Kumitat AFET:
Michał Tomasz Kamiński jieħu post Anna Elzbieta Fotyga.
10. Verifika tas-setgħat
Fuq proposta tal-Kumitat JURI, il-Parlament approva l-mandati ta' Matthias Groote, Horst Posdorf, Giovanni Procacci u Bernard Piotr Wojciechowski.
11. Kompożizzjoni tal-Parlament
L-awtoritajiet kompetenti Pollakki ħabbru n-nomina ta' Anna Elzbieta Fotyga bħala Segretarju ta' L-Istat tal-Gvern Pollakk b'effet mit-23/11/2005.
Billi, skond l-Artikolu 7(1) ta' l-Att dwar l-elezzjoni tar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew b'votazzjoni universali diretta, din il-kariga m'hijiex kompatibbli mal-kariga ta' Membru tal-Parlament Ewropew, il-Parlament stabbilixxa, skond l-Artikolu 4(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li s-siġġu jitqies battal mid-data 23.11.2005 u informa b'dan lill-Istat Membru kkonċernat.
12. Trażmissjoni tat-testi adottati waqt is-seduta
Il-Minuti ta' din is-seduta se jiġu ppreżentati lill-Parlament għall-approvazzjoni tiegħu fil-bidu tas-seduta li jmiss, skond l-Artikolu 172(2) tar-Regoli ta' Proċedura.
Bil-qbil tal-Parlament, it-testi li ġew adottati se jintbagħtu minnufih lill-entitajiet imsemmija fihom.
13. Dati għas-seduti li jmiss
Is-seduti li jmiss se jsiru mid-data 12 sa 15.12.2005.