Tkellem Gary Titley, f'isem il-membri laburisti fil-grupp PSE, biex jirringrazzja lill-President tal-Parlament għat-tribut li ta lbieraħ għall-memorja ta' Phillip Whitehead u biex iħabbar li dawk il-Membri li jixtiequ jagħmlu dan jistgħu jiffirmaw il-ktieb ta' kondoljanzi li tpoġġa fid-daħla tal-Kamra, u li se jiġi ppreżentat lill-familja tas-Sur Whitehead waqt il-quddiesa kommemorattiva li se titqaddes fid-29 ta' Jannar 2006 fil-Katidral ta' Derby.
7.2. Protokoll għall-Ftehim qafas għall-Kummerċ u l-Kooperazzjoni mar-Repubblika tal-Korea wara t-tkabbir * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim qafas għall-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, min naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja ma' l-Unjoni Ewropea [COM(2005)0281 - C6-0303/2005 - 2005/0121(CNS)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Enrique Barón Crespo (A6-0398/2005).
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)
7.3. Inklużjoni tal-Maldives fil-lista ta' pajjiżi koperti, wara t-tsunami ta' l-Oċejan Indjan ta' Diċembru 2004 * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2000/24/KE sabiex il-Maldives jiġu inklużi fil-lista ta' pajjiżi koperti wara t-tsunami ta' l-Oċejan Indjan ta' Diċembru 2004 [COM(2005)0460 - C6-0319/2005 - 2005/0195(CNS)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Esko Seppänen (A6-0407/2005).
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 3)
7.4. Statistika ta' trasport ta' l-oġġetti permezz ta' passaġġi ta' l-ilma interni ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-statistiċi tat-trasport ta' merkanzija permezz ta' kanali interni ta' l-ilma [COM(2005)0366 - C6-0249/2005 - 2005/0150(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Paolo Costa (A6-0333/2005).
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 4)
7.5. Ċittadinanza ta' l-Unjoni (Ir-Raba' rapport) (votazzjoni)
Rapport dwar ir-raba' rapport dwar iċ-ċittadinanza ta' l-Unjoni (1 ta' Mejju 2001 - 30 ta' April 2004) [2005/2060(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Giusto Catania (A6-0411/2005).
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 5)
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
Rifjutata
7.6. Il-ġlieda kontra t-traffikar ta' nisa' u tfal (votazzjoni)
Rapport Strateġiji għal ġlieda kontra t-traffikar ta' nisa' u tfal vulnerabbli għall-esplojtazzjoni sesswali [2004/2216(INI)] - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteur: Christa Prets (A6-0400/2005).
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 6)
7.7. Tiżviluppa l-aġenda tal-politika barranija ta' l-avjazzjoni tal-Komunita(votazzjoni)
Rapport dwar l-Iżvilupp ta' l-aġenda għall-politika barranija ta' l-avjazzjoni tal-Komunita [2005/2084(INI)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Saïd El Khadraoui (A6-0403/2005).
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 7)
7.8. Relazzjonijiet mar-Russja u ċ-Ċina fil-qasam tat-trasport bl-ajru (votazzjoni)
Rapport dwar ir-relazzjonijiet mal-Federazzjoni Russa u ċ-Ċina fil-qasam tat-trasport bl-ajru [2005/2085(INI)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Roberts Zīle (A6-0375/2005).
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 8)