Bernard Poignant għarraf li hu kien preżenti iżda ismu ma kienx imniżżel fir-reġistru ta' l-attendenza.
Tkellem Paul Rübig li saqsa minn se jħallas il-ħsarat ikkawżati lbieraħ mill-manifestanti (Il-President wieġbu li l-Bureau diġà ddiskutiet dwar il-kwistjoni u enfasizza li l-manifestazzjoni ma ħallietx biss ħsarat imma wkoll feruti).