L-ordni tas-seduta ġie stabbilit ( punt 12 tal- Minuti ta' 16.01.2006 ) u tqassam corrigendum għall-aġenda (PE 368.209/OJ/COR).
Tkellmet Monica Frassoni f'isem il-grupp Verts/ALE, li wriet li l-grupp tagħha huwa wkoll firmatarju tal-proposta għal riżoluzzjoni komuni dwar il-pożizzjoni ta' l-Unjoni Ewropea rigward il-gvern Kuban (RC-B6-0075/2006).
L-aġenda b'hekk ġiet iffinalizzata.