Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 14 ta' Frar 2006 - Strasburgu

IPPRESIEDA Manuel António dos SANTOS
Viċi President

13. Ħin tal-mistoqsijiet (mistoqsijiet għall-Kunsill)
Rapporti Verbatim

Il-President fakkar ir-regoli rigward l-organizzazzjoni l-ġdida tal-ħin tal-mistoqsijiet (punt 11 tal- Minuti ta' 18.01.2006).

Il-Parlament eżamina numru ta' mistoqsijiet lill-Kunsill (B6-0002/2006).

L-ewwel parti

Mistoqsija 1 (Dimitrios Papadimoulis): Negozjati għall-adeżjoni tas-Serbja u l-Montenegro.

Hans Winkler (President fil-kariga tal-Kunsill) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Dimitrios Papadimoulis, Bart Staes u Hubert Pirker.

Mistoqsija 2 (Richard Corbett): Il-kritika tal-President tal-Kunsill għall-Qorti tal-Ġustizzja

Hans Winkler wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Richard Corbett, Reinhard Rack u Paul Rübig.

Mistoqsija 3 (Vytautas Landsbergis): Il-fruntiera ta' l-UE (minħabba l-Estonja) mar-Russja.

Hans Winkler wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Vytautas Landsbergis, Richard Seeber u Bernd Posselt.

Mistoqsija 4 (Proinsias De Rossa): Deliberazzjonijiet tal-Kunsill fil-pubbliku.

Hans Winkler wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Proinsias De Rossa, Richard Corbett u Gay Mitchell.

Mistoqsija 5 (Laima Liucija Andrikienė): Il-Perspettivi Finanzjarji l-Ġodda 2007-2013.

Hans Winkler wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Laima Liucija Andrikienė, Reinhard Rack u Agnes Schierhuber.

It-tieni parti

Mistoqsija 6 (Bernd Posselt): Id-dipendenza ta' l-UE fir-rigward ta' l-enerġija.
Mistoqsija 7 (Gay Mitchell): Sigurtà fir-rigward ta' l-enerġija.

Martin Bartenstein (President fil-kariga tal-Kunsill) wieġeb għall-mistoqsijiet kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Bernd Posselt, Gay Mitchell, Paul Rübig u Richard Seeber.

Il-mistoqsija 8 skadiet minħabba li l-awtur tagħha ma kienx preżenti.

Mistoqsija 9 (Othmar Karas): Pensjonijiet tax-xogħol addizzjonali.

Martin Bartenstein wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Othmar Karas, Hubert Pirker u Richard Seeber.

Il-mistoqsijiet li ma kinux twieġbu minħabba nuqqas ta' ħin se jingħataw tweġibiet bil-miktub aktar 'il quddiem (ara l-Anness tar-Rapporti Verbatim tad-Dibattiti)

Il-ħin tal-mistoqsijiet imħolli għall-Kunsill intemm.

Avviż legali - Politika tal-privatezza