Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2004/0001(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0409/2005

Testi mressqa :

A6-0409/2005

Dibattiti :

PV 14/02/2006 - 12
PV 14/02/2006 - 14
CRE 14/02/2006 - 12
CRE 14/02/2006 - 14

Votazzjonijiet :

PV 16/02/2006 - 6.1
CRE 16/02/2006 - 6.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2006)0061

Minuti
Il-Ħamis, 16 ta' Frar 2006 - Strasburgu

6.1. Servizzi fis-suq intern ***I (votazzjoni)
Rapporti Verbatim

Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern [COM(2004)0002 - C5-0069/2004 - 2004/0001(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Evelyne Gebhardt (A6-0409/2005).

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 1)

Tkellmu: Monica Frassoni f'isem il-grupp Verts/ALE, li talbet, fuq il-bażi ta' l-artikolu 171 tar-regoli ta' proċedura, li s-sessjoni tiġi sospiża għal ftit mumenti eżatt qabel il-votazzjoni finali dwar dan ir-rapport, Francis Wurtz f'isem il-grupp GUE/NGL u Hannes Swoboda f'isem il-grupp PSE, it-tnejn li huma dwar din it-talba.

Il-Parlament ma laqax din it-talba.

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Approvazzjoni bl-emendi (P6_TA(2006)0061)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adottata (P6_TA(2006)0061)

Tkellmu:

(Wara l-adozzjoni ta' l-emendi identiċi 233/rev u 403)

- Evelyne Gebhardt (rapporteur) staqsiet lill-PPE-DE jekk jkienx ser iżomm mal-kompromess milħuq mal-PSE, Malcolm Harbour f'isem il-grupp PPE-DE, irrispondieha, Daniel Cohn-Bendit f'isem il-grupp Verts/ALE, tkellem dwar dawn iż-żewġ interventi u Toine Manders talab konferma tar-riżultat tal-votazzjoni dwar l-emenda 233/rev.

(Wara li l-emenda 297 ġiet iddikjarata li waqgħet)

- Evelyne Gebhardt (rapporteur) rrimarkat li l-emenda ma kenitx waqgħet u għalhekk kellu jittieħed vot dwarha, u Martin Schulz appoġġa r-rapporteur.

(Wara l-adozzjoni ta' l-emenda 78)

- Toine Manders ikkontesta l-ordni tal-votazzjoni ta' l-emendi bil-mod kif inhu indikat fil-lista tal-votazzjoni (Evelyne Gebhardt (rapporteur) irrimarkat li din kienet korretta.

(Qabel il-votazzjoni dwar l-emenda 293/rev.4)

- Monica Frassoni f'isem il-grupp Verts/ALE, talbet, fuq il-bażi ta' l-Artikolu 150 (5) tar-Regoli ta' Proċedura, li xi termini li kienu jidhru fl-aħħar verżjoni ta' l-emenda jridu jerġgħu jiddaħħlu fit-test ta' l-emenda,

Tkellmu dwar din it-talba:

Evelyne Gebhardt (rapporteur), li rrimarkat li s-servizz ġuridiku kien ġie kkonsultat u li l-proċedura li kienet intużat kienet konformi mar-regoli ta' proċedura, Graham Watson f'isem il-grupp ALDE, Robert Goebbels, Monica Frassoni, irrimarkat li hi kienet ser tieħu ħsieb, f'isem il-grupp Verts/ALE, it-test ta' l-emenda oriġinali, Nigel Farage f'isem il-grupp IND/DEM, li talab, fuq il-bażi ta' l-artikolu 168(2) tar-Regoli ta' Proċedura, li r-rapport jerġa' jintbagħat lura lill-kumitat, Martin Schulz, Roberto Musacchio, Daniel Cohn-Bendit, u Nigel Farage f'isem il-grupp IND/DEM, biex jitolbu l-aġġornament tal-votazzjoni fuq il-bażi ta' l-Artikolu 170 (4) tar-Regoli ta' Proċedura.

Il-President qies it-talba ta' Monica Frassoni bħala mhux aċċettabbli minħabba li l-Artikolu 150 (5) tar-Regoli ta' Proċedura jagħmel referenza għal każ fejn l-emenda tkun ġiet irtirata mill-awtur tagħha, li ma kienx il-każ f'dik is-sitwazzjoni. Wara dan hu rrefera l-aġġornament tal-votazzjoni ppreżentata minn Nigel Farage għall-approvazzjoni tal-Parlament.

Il-Parlament ċaħad din it-talba.

(Qabel il-votazzjoni dwar l-emendi identiċi 307 u 219)

- Evelyne Gebhardt (rapporteur) talbet li, f'każ li jiġu adottati dawn l-emendi, jitqiesu bħala żieda għall-Artikolu 3, bi qbil mal-kompromess milħuq bejn il-PPE-DE u l-PSE, u Francis Wurtz talab sabiex l-andament tal-votazzjoni ma jibqax jiġi mwaqqaf minħabba l-ftehimiet ta' il-gruppi poltiċi.

(Qabel il-votazzjoni dwar il-proposta emendata)

- Evelyne Gebhardt (rapporteur) irrakkomandat lill-grupp tagħha sabiex jadottaw il-proposta tal-Kummissjoni hekk kif emendata mill-Parlament.

IPPRESIEDA Alejo VIDAL-QUADRAS
Viċi President

Avviż legali - Politika tal-privatezza