Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 14 ta' Marzu 2006 - Strasburgu

17. Ħin tal-mistoqsijiet (mistoqsijiet għall-Kunsill)
Rapporti Verbatim

Il-Parlament eżamina numru ta' mistoqsijiet lill-Kunsill (B6-0013/2006).

L-ewwel parti

Mistoqsija 1 (Eoin Ryan): Esponenti ta' l-oppożizzjoni fl-Etjopja.

Hans Winkler (President fil-kariga tal-Kunsill) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Eoin Ryan, Ana Maria Gomes u David Martin.

Mistoqsija 2 (Cecilia Malmström): Appoġġ għad-demokrazija fl-Iran.

Hans Winkler wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Cecilia Malmström, Philip Bushill-Matthews u David Martin.

Mistoqsija 3 (Panagiotis Beglitis): Deċiżjoni tal-gvern Iżraeljan li jibni linja tat-tram li tgħaqqad d-distrett ta' kolonizzat illegalment ta' Pisgat Ze'ev (Ġerusalem tal-Lvant) maċ-ċentru ta' Ġerusalem tal-Punent.

Hans Winkler wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Panagiotis Beglitis, James Hugh Allister u Jonas Sjöstedt.

Mistoqsija 4 (Reinhard Rack): Ħarsien tad-drittijiet fundamentali.

Karin Gastinger (President fil-kariga tal-Kunsill) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Reinhard Rack.

Mistoqsija 5 (Diamanto Manolakou): Stat ta' emerġenza fil-Filippini.

Hans Winkler (President fil-kariga tal-Kunsill) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Diamanto Manolakou.

It-tieni parti

Mistoqsija 6 (Agnes Schierhuber): Aċċess għad-dritt għall-konsumaturi

Karin Gastinger (President fil-kariga tal-Kunsill) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Agnes Schierhuber, Reinhard Rack u Richard Seeber.

Mistoqsija 7 (Sarah Ludford): Deċiżjoni ta' qafas li tikkonċerna l-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija.

Karin Gastinger wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija 8 dwar l-istess suġġett u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Sarah Ludford u Manolis Mavrommatis.

Tkellmu: Gay Mitchell u Bill Newton Dunn dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tal-mistoqsijiet.

IPPRESIEDA Sylvia-Yvonne KAUFMANN
Viċi President

Mistoqsija 8 (Gay Mitchell): Ksenofobija fl-Unjoni Ewropea.

Karin Gastinger - indikat it-tweġiba tagħha għal mistoqsija 7 kif ukoll għal mistoqsija 8, u wieġbet ukoll għall-mistoqsija supplimentari ta' Gay Mitchell.

Tkellem Claude Moraes ippropona li terġa' tidħol fis-seħħ is-sistema ta' qabel għal ħin tal-mistoqsijiet (Il-President irrispondih li din il-kwistjoni se tkun diskussa b'mod konġunt flimkien mal-Presidenza tal-Kunsill attwali).

Il-mistoqsijiet li ma kinux twieġbu minħabba nuqqas ta' ħin se jingħataw tweġibiet bil-miktub aktar 'il quddiem (ara l-Anness tar-Rapporti Verbatim tad-Dibattiti)

Il-ħin tal-mistoqsijiet imħolli għall-Kunsill intemm.

Avviż legali - Politika tal-privatezza