Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 14 ta' Marzu 2006 - Strasburgu

18. Ħin tal-mistoqsijiet (mistoqsijiet għall-Kummissjoni)
Rapporti Verbatim

Il-Parlament eżamina numru ta' mistoqsijiet lill-Kummissjoni (B6-0013/2006).

Tkellem Carlos Carnero González sabiex jipprotesta kontra l-fatt li l-mistoqsija tiegħu nru 48 ma ġietx milqugħha (Il-President impenja ruħu sabiex iressaq l-ilment quddiem l-awtorità kompetenti u semma' d-dispożizzjonijiet ta' l-Anness II tar-Regolament).

L-ewwel parti

Il-mistoqsija 43 skadiet minħabba li l-awtur tagħha ma kienx preżenti.

Mistoqsija 44 (Bill Newton Dunn): Baġit għall-Proġett “Kriminalità Transkonfinali” (Trans Crime)

Franco Frattini (Viċi President tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Bill Newton Dunn.

Mistoqsija 45 (Cristobal Montoro Romero): Is-sitwazzjoni ekonomika Ewropea

Siim Kallas (Viċi President tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Cristobal Montoro Romero, Paul Rübig u Justas Vincas Paleckis.

It-tieni parti

Mistoqsija 46 (Marie Panayotopoulos-Cassiotou): Programmi ta' edukazzjoni u ta' taħriġ u identità Ewropea.

Ján Figeľ (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Josu Ortuondo Larrea u Richard Seeber.

Mistoqsija 47 (Maria Badia I Cutchet): Pjan immirat sabiex iħeġġeġ spirtu ta' intrapriża fil-qasam ta' l-edukazzjoni.

Ján Figeľ wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Maria Badia I Cutchet u Paul Rübig.

Il-mistoqsija 48 ma ġietx milqugħha (Anness II, parti A, punt 3, tar-Regolament).

Mistoqsija 49 (Andreas Mölzer): Muniti Torok

Siim Kallas (Viċi President tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsija supplimentari ta' Andreas Mölzer.

Mistoqsija 50 (Enrico Letta): L-iskola Ewropea ta' Brussell II – Trasferiment ta' sezzjonijiet.

Mistoqsija 51 (Richard Seeber): Trasferiment tas-sezzjoni lingwistika Ġermaniża.

Siim Kallas (Viċi President tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsijiet kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Enrico Letta, Richard Seeber, Luigi Cocilovo u Alfonso Andria.

Il-mistoqsija 52 se tingħata tweġiba bil-miktub aktar 'il quddiem.

Mistoqsija 53 (Manuel Medina Ortega): Tkabbir ta' l-UE li jinkludi l-Bulgarija u r-Rumanija u r-reġim ta' l-adozzjoni.

Olli Rehn (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Manuel Medina Ortega u Alessandro Battilocchio.

Mistoqsija 54 (Mairead McGuinness): Is-sħubija tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea.

Olli Rehn wieġeb għall-mistoqsija u għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Mairead McGuinness, Panagiotis Beglitis u John Bowis.

Il-mistoqsijiet li ma kinux twieġbu minħabba nuqqas ta' ħin se jingħataw tweġibiet bil-miktub aktar 'il quddiem (ara l-Anness tar-Rapporti Verbatim tad-Dibattiti)

Il-ħin tal-mistoqsijiet imħolli għall-Kummissjoni ntemm.

Avviż legali - Politika tal-privatezza