Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Programm t'azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-ħarsien tas-saħħa u tal-Protezzjoni tal-Konsumatur (2007-2013), "Konsumaturi" [COM(2005)0115 - C6-0225/2005 - 2005/0042B(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Marianne Thyssen (A6-0032/2006)
Tkellem Reinhard Rack dwar l-organizzazzjoni tax-xogħol.
Tkellmu: Brigitte Douay (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat BUDG), Aloyzas Sakalas (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat JURI) u Alexander Stubb f'isem il-grupp PPE-DE.
Fil-ħin tal-votazzjoni d-dibattitu ġie sospiż. Id-dibattitu jitkompla llum wara nofsinhar.