Ir-riżultati tal-votazzjoni (emendi, votazzjonijiet separati u maqsumin, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet' tal-Minuti.
Tkellmu: Marianne Thyssen f'isem il-grupp PPE-DE, li talbet, skond l-Artikolu 170 paragrafu 4, tar-regoli ta' Proċedura, biex il-votazzjoni dwar ir-rapport (A6-0032/2006) tagħha titwettaq fis-seduta parzjali ta' Marzu II u Evelyne Gebhardt f'isem il-grupp PSE, dwar din it-talba.
Il-Parlament wera l-qbil tiegħu għal din it-talba.
Tkellem Mirosław Mariusz Piotrowski dwar il-komunikat imwettaq dalgħodu fir-rigward tas-sħubija fil-gruppi politiċi (punt 2 tal- Minuti ta' 16.03.2006).
9.1. Programm t'azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-ħarsien tas-saħħa u tal-protezzjoni tal-Konsumatur (2007-2013), "Saħħa" ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Programm t'azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-ħarsien tas-saħħa u tal-protezzjoni tal-Konsumatur (2007-2013), "Saħħa" [COM(2005)0115 - C6-0097/2005 - 2005/0042A(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Antonios Trakatellis (A6-0030/2006)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 1)
- Kathy Sinnott preżentat żewġ emendi orali għall-emenda 120 u 138, li ġew inkorporati;
- Gerard Batten dwar il-proċedura tal-votazzjoni.
9.2. Speċjalitajiet tradizzjonali garantiti tal-prodotti agrikoli u ta' prodotti ta' l-ikel * (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti tal-prodotti agrikoli u prodotti ta' l-ikel [COM(2005)0694 - COM(2005)0694 - 2005/0270(CNS)] - Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Friedrich-Wilhelm Graefe zu Baringdorf (A6-0033/2006)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)
- Francis Wurtz f'isem il-grupp GUE/NGL, talab votazzjoni separata dwar l-emenda 3;
Par VE (338 favur, 134 kontra, 76 astensjonijiet), il-Parlament approva t-talba.
9.3. Protezzjoni ta' oriġni ġeografiku u dwar tikketti ta' oriġni ta' prodotti agrikoli u prodotti ta' l-ikel * (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' oriġni ġeografiku u dwar tikketti ta' oriġni ta' prodotti agrikoli u prodotti ta' l-ikel [COM(2005)0698 - COM(2005)0698 - 2005/0275(CNS)] - Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Friedrich-Wilhelm Graefe zu Baringdorf (A6-0034/2006)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 3)
- Francis Wurtz f'isem il-grupp GUE/NGL, talab votazzjoni separata dwar l-emenda 18.
Il-Parlament approva t-talba.
9.4. Dokument ta' strateġija għat-tkabbir (2005) (votazzjoni)
Rapport dwar id-dokument ta' strateġija għat-tkabbir (2005) [2005/2206(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Elmar Brok (A6-0025/2006)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 4)