Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 16 ta' Marzu 2006 - Strasburgu

10. Aġenda u l-iskadenzi tat-tressiq

Il-President ippropona wara d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti, il-modofiki ta' wara l-aġenda tas-seduti plenarji tat-22 u 23 ta' Marzu li jmiss fi Brussell:

1. Skadenzi tat-tressiq:

- Mistoqsijiet orali dwar is-sigurtà tal-provvista ta' l-enerġija fl-Unjoni Ewropea (punt 51 ta' l-aġenda)

- Dikjarazzjoni tal-Kunsill: Kriterji għall-immaniġġjar tal-kriżijiet għall-UE b'mod speċjali fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (punt 79 ta' l-aġenda)

Proroga tat-termini ta' preżentazzjoni ta' emendi u ta' mozzjonijiet ta' riżoluzzjoni komuni: 20.03.2006, 18 h

- Rapport L-impatt ta' l-iżvilupp ta' ftehimiet ta' sħubija ekonomika [2005/2162(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp. Rapporteur: Luisa Morgantini (A6-0053/2006) (punt 73 ta' l-aġenda)

Skadenzi għat-tressiq ta' l-emendi: 20.03.2006, 18 h

2. Inkorporazzjoni ta' rapport fl-aġenda tat- 22.03.2006:

- Rapport dwar il-liġi Ewropea dwar il-kuntratti u r-reviżjoni ta' l-acquis: il-pass li jmiss [2005/2022(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Klaus-Heiner Lehne (A6-0055/2006)

Skadenzi għat-tressiq ta' l-emendi: 20.03.2006, 18 h.

Il-Parlament esprima l-qbil tiegħu skond dawn il-proposti.

Avviż legali - Politika tal-privatezza