Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 16 ta' Marzu 2006 - Strasburgu

16. Dibattiti dwar każi ta' vjolazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u ta' l-istat ta' dritt (dibattitu)

(Għat-titoli u l-awturi tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, ara punt 4 tal- Minuti ta' 14.03.2006)


16.1. Id-drittijiet tal-bniedem fil-Moldavja u b'mod partikulari fit-Tranżnistrija

Proposti għal riżoluzzjoni B6-0168/2006, B6-0174/2006, B6-0178/2006, B6-0180/2006, B6-0183/2006 u B6-0186/2006

Marios Matsakis, Bogusław Sonik, Erik Meijer, Elisabeth Schroedter u Lidia Joanna Geringer de Oedenberg ippreżentaw il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni.

Tkellmu: Laima Liucija Andrikienė f'isem il-grupp PPE-DE, Józef Pinior f'isem il-grupp PSE, Ryszard Czarnecki Membru mhux affiljat, Bernd Posselt u Benita Ferrero-Waldner (Membru tal-Kummissjoni).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 17.1 tal- Minuti ta' 16.03.2006 .


16.2. Il-Kazakhstan

Proposti għal riżoluzzjoni B6-0167/2006, B6-0173/2006, B6-0175/2006, B6-01772006, B6-0181/2006 u B6-0184/2006

Ona Juknevičienė u Albert Jan Maat ippreżentaw il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni.

Tkellem Bernd Posselt iddikjara li poġġa xemgħa mixgħula fl-emiċiklu b'sens ta' solidarjetà mal-poplu tal-Beloruss (Il-President infurmah li skond ir-regoli tas-sigurtà, oġġetti jaqbdu huma pprojbiti u ordnalu biex jitfi x-xemgħa).

Józef Pinior, Erik Meijer, Carl Schlyter u Janusz Wojciechowski ippreżentaw il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni.

Tkellmu: Charles Tannock f'isem il-grupp PPE-DE, John Attard-Montalto f'isem il-grupp PSE, Andreas Mölzer Membru mhux affiljat, Karin Scheele u Benita Ferrero-Waldner (Membru tal-Kummissjoni).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 17.2 tal- Minuti ta' 16.03.2006 .


16.3. Impunità fl-Afrika u b'mod partikolari l-każ ta' Hissène Habré

Proposti għal riżoluzzjoni B6-0171/2006, B6-0172/2006, B6-0176/2006, B6-0179/2006, B6-0182/2006 u B6-0185/2006

Raül Romeva i Rueda, Jürgen Schröder, Ana Maria Gomes, Erik Meijer u Marios Matsakis ippreżentaw il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni.

Tkellmu: Karin Scheele f'isem il-grupp PSE, u Urszula Krupa Membru mhux affiljata.

Tkellem Benita Ferrero-Waldner (Membru tal-Kummissjoni).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 17.3 tal- Minuti ta' 16.03.2006 .

Avviż legali - Politika tal-privatezza